Naghmlu referenza ghall-artiklu li deher fuq il-gazzetta il-Mument tal-llum 24 ta’ Mejju 2015.

Wednesday, May 27, 2015, 8:19

Gzira United FC (GUFC) jrid jiddikjarifika illi l-klabb ma kellu l-ebda kuntatt mal-gurnalist responsabbli minn dan l-artiklu lanqas ma l-GUFC b’xi mod ikkontribwixxa ghall-istorja ta’ dan l-artiklu. GUFC jiddisassocja ruhu min allegazzjonijiet maghmulu f’dan l-artiklu.

GUFC jikkonferma li lejlet il-loghba tal-play-off bejn Mosta u l-Gzira, ufficjali gholja tal-GUFC kellhom laqgha ma’ dirigent gholi ta’ l-MFA, is-Sur Franz Tabone Integrity Officer, fejn il-klabb talab lil MFA biex hija tara li l-loghba tintlaghab fi spirtu sportiv. Nikkonfermaw ukoll li lejliet il-loghba imsemmijja hassejna il-htiega li l-Club jghin min-naha tieghu, flimkien mal-MFA, billi jikteb ukoll lill-kumpanniji tal-betting biex jigi evitat kemm jista jkun ir-riskju ta’ abbuz permezz ta’ betting waqt din il-loghba msemmija. Milli jidher din l-operazzjoni minn-naha taz-zewg partijiet hadmet ghax il-loghba in kwistjoni tnehhiet minn hafna siti tal-betting. Fil-kommunikazzjoni bejn il-GUFC u l-MFA qatt ma gie msemmi b’xi mod il-figura ta’ €30,000.

Bl-iktar mod kategoriku nikkonfermaw li dan il-komunikat mal-kumpanniji tal-betting ghamilnieh biex nahdmu id f’id mal-MFA. Dan jikkonferma l-fiducja tal-klabb fl-MFA fil-glieda kontra l-korruzzjoni fil-loghba tal-futbol kontra ta dak li gie allegat fuq il-Mument.

Bhala klabb kien id-dover u r-responsabilita taghna biex ninfurmaw l-MFA b’suspetti ta’ korruzzjoni biex b’hekk nikkontribwixxu ghall-gid tal-futbol – futbol nadif mill-korruzzjoni. GUFC kienet u hija sodisfatta ghas-support, l-impenn u s-serjeta li hadem biha s-Sur Tabone f’dan il-kaz. L-impenn tal-klabb jibqa’ li nahdmu id f’id mal-amministrazzjoni tal-MFA biex jinqered il-korruzzjoni mill-futbol.





Leave a comment