Muscat, Pace, Micallef u Mangion perfetti u nirbħu Fidda fir-Relay tan-Nisa fl-Għawm

Wednesday, June 1, 2011, 23:11

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Nikki Muscat, Talisa Pace, Melissa Sue Micallef u Davina Mangion irnexxielhom jagħmluha hekk kif l-Erbgħa rebħu meritatament il-Fidda fil-4 x 200 Relay. Huma daħlu it-tielet f’ħin ta’ 8:58.15 li hu record Nazjonali iżda ġew aġġudikati l-Fidda bit-tieni post wara li l-Lussemburgu ġew skwalifikati talli għawwiema qabżet qabel fl-ilma f’waħda mil-bidliet.

Muscat, Pace, Micallef u Mangion irnexxielhom jiksru r-record Nazzjonali li kien twaqqaf fl-2007 eżattament f’Monaco. Dakinhar l-għawwiema Madeleine Scerri, Nicole Cremona, Davina Mangion u Talisa Pace kien għamlu ħin ta’ 8:59.75.

Minn naħa tagħhom l-Irġiel fl-istess dixxiplina għamlu ħin ta’ 8:00.55 meta daħlu r-raba’. L-Għawwiema kienu Neil Agius, Edward Caruana Dingli, Andrea Agius u Mark Sammut. Dawn ukoll għamlu record Nazzjonali u qabżuħ bi 11 –il sekonda li kien tagħhom l-erba’ li għamluh f’Lulju tas-sena 2009 f’Ruma (8:11.66)

Andrew Chetcuti spiċċa r-raba’ b’ħin ta 57.24 fil-Finali tal-100 metru Butterfly.

Ir-Riżultati fil-heats ta’ filgħodu

100metru Butterfly (Irġiel)

Andrew Chetcuti (kellu t-tieni l-aħjar hin)

Hin: 57sek. 38

100metru Breaststroke (Irġiel)

Andrea Agius (kellu t-tielet l-aħjar hin)

Hin: 1min 07sek.16

100metru Backstroke (Irħiel)

Mark Sammut  (kellu l-ħames l-aħjar ħin)

Hin: 1min 02sek.31

400metru Freestyle (Irġiel)

Edward Caruana Dingli  (kellu l-ħames l-aħjar ħin)

Hin: 4min 14sek.56

(Mill-istess kategorija Neil Agius ma kkwalifikax)

100metru Butterfly (Nisa)

Davina Mangion  (kellha l-ħames l-aħjar ħin)

Hin: 1min 07sek .79

100metru Breastrstroke (Nisa)

Melinda Sue Micallef (kellha l-ħames l-aħjar ħin)

Hin: 1min 20sek. 20

It-tfajliet maltin wara l-preżentazzjoni tal-Midalja tal-Fidda

It-tfajliet maltin wara l-preżentazzjoni tal-Midalja tal-Fidda





Leave a comment