MTBA Memorial 2020 b’tifkira ta Silvio Anastasi u Sammy Borg

Friday, June 26, 2020, 17:44

Din is-sena kienet it-tieni edizzjoni ta’ dan il-Memorial, b’Matthew Magro u Sue Abela jirbħu il-kategoriji maskili u femminili rispettivament.

Abela kienet fuq quddiem prattikament mill-bidu sal-aħħar, billi kienet l-unika plejer mit-tnax il-kompetitriċi femminili li lagħbet  ’l fuq mill-200 medja, u kienet segwita minn Cynthia Frendo Duca u Liliana Spiteri, li spiċċat indaqs ma’ Tiziana Carannante iżda ngħatat it-3 post minħabba li Spiteri kella l-ogħla l-aħħar logħba.

Il-kompetizzjoni tal-irgiel kellha 23 plejer u kienet ferm miġġielda sal-aħħar, iżda Magro, ta’ 18-il sena, li beda f’forma mill-aqwa,  wara l-waqfa tal-Covid 19, irnexxielu jżomm l-ewwel post b’serje b’saħħitha ta’ 1307 (medja 217.8), biex għeleb lil Nicholas Muscat ta’ 15-il sena b’9 pin biss. Ft-tielet post spiċċa Mark Spiteri, segwit mill-qrib minn Neil Sullivan, Mauro Anastasi, Rankin Camilleri u Chris Fenech ta ’13-il sena, li spiċċa fis-7 post, 72 pin wara Magro.

Il-premjijiet ġew ippreżentati minn Paul Baldacchino, President tal-MTBA, flimkien mal-familja ta’ Sammy Borg, filwaqt li Melissa, mart il-mibki Silvio Anastasi, u oħt Sue Abela, kienet preżenti għall-kompetizzjoni.





Leave a comment