- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mtarfa jissorprendu lil Suns u jiftħu beraħ il-kampjonat

Posted By sportinmalta1 On March 4, 2014 @ 7:18 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix The Chef Bistro 49

Mellieħa Tritones 59

(8-16)(13-14)(13-21)(16-8)

Mellieħa kisbu rebħa fuq Phoenix The Chef Bistro 59-49 bies issa Phoenix huma kważi barra mill-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Phoenix, friski mir-rebħ tan-Knockout ħamest’ijiem qabel, kienu biss id-dell tat-team li rajna fil-finali u Mellieħa kienu fil-kontroll tul il-partita kolla. Wara li Phoenix ħadu vantaġġ bil-baskets ta’ Andres Toompere, Mellieħa wieġbu bi trippla ta’ Joshua Aquilina u basket ta’ ħuh Samuel. Toompere għamel basket ieħor għal Phoenix bil-Mellieħa jagħlqu s-sessjoni b’run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Rihards Polis għal skor ta’ 16-8. Mellieħa baqgħu superjuri anke fit-tieni sessjoni u bdew bi break ieħor ta’ 7-1. Hawn Phoenix kellhom break qasir ta’ 8-2 bi trippla ta’ Antoine Costa u punti minn Luke Azzopardi u Goran Mitrovic. Qabel l-intervall kien hemm trippla fuq kull naħa biex Mellieħa daħlu jistrieħu 10 minn fuq 30-20.

Fit-tielet sessjoni, Mellieħa ħarġu qawwi bi three pointers ta’ Polis u Oliver Sammut u kellhom run ta’ 13-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 43-22. Hawn waslu t-three pointers ta’ Costa għal Phoenix però Mellieħa kienu għadhom 51-33 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Phoenix ippruvaw jidħlu lura fil-logħba u għamlu break ta’ 9-2 b’punti minn Azzopardi u Mitrovic. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Polis u Paul Magro u minkejja li l-aħħar żewġ baskets ta’ Mitrovic, kienu Mellieħa li rebħu l-partita 59-49.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 13, G. Micallef 3, R. Jimenez, R. Curmi, C. Camenzuli 2, G. Mitrovic 13, C. Briffa, A. Costa 11, J. Ransley 2, A. Toompere 6.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 8, M. Farrugia 3, J. Muscat, I. Cutajar, S. Aquilina 2, P. Magro 2, O. Sammut 13, J. Aquilina 7, R. Polis 20, P. Cauchi 4, K. Cucciardi.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

Miscela D’oro Mtarfa 74

SN Suns 71

(14-13)(13-23)(29-21)(18-14)

Iż-żagħżagħ ta’ Miscela D’oro Mtarfa wettqu sorpriża fejn issorprendew lil leaders tal-klassifika SN Suns u rebħulhom 74-71 biex reġgħu fetħu beraħ il-kampjonat. Suns naqsu milli japprofittaw mit-telfa ta’ Phoenix u issa reġgħu ntlaħqu wkoll minn Hibs. Għall-Mtarfa reġa’ kellhu partita tajba Timothy Zammit flimkien ma’ Daniel Farrugia u bejniethom għamlu 57 mill-74 punt tagħhom.  Mtarfa bdew bil-basket ta’ Jarnis Viibe u trippla ta’ Zammit biex ħadu l-ewwel vantaġġ. Wara li Suns wieġbu permezz ta’ Keith Scicluna u Michael Barberi, Zammit għamel trippla oħra. Suns kellhom aktar punti minn Barberi flimkien ma’ Hubert Agius bl-ewwel taqsima tintemm bi Mtarfa fuq quddiem 14-13. It-tieni perjodu fetaħ bi trippla ta’ Samuel Zammit però Suns kellhom reazzjoni u għamlu run ta’ 15-2 li rathom jieħdu l-vantaġġ għall-ewwel darba fit-tielet minuta. Mtarfa kellhom baskets minn Zammit u Farrugia però Suns komplew bil-baskets ta’ Igor Marjanovic u daħlu jistrieħu 9 minn fuq 36-27.

It-tielet sessjoni kienet verament sabiħa u bdiet b’erba’ baskets mingħajr risposta minn Mtarfa minn Zammit u Farrugia. Suns wieġbu bi tlett baskets ta’ Alex Bianchi f’run ta’ 9-2 biex żammew il-vantaġġ ta’ 9 punti 45-36. Mtarfa, speċjalment Zammit għamlu run ta’ 10-2 u naqqsu d-distakk għal punt u sa’ tmiem il-perjodu ż-żewġ timijiet baqgħu jirrispondu lil xulxin però Suns bdew l-aħħar taqsima 57-56 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Mtarfa ħadu l-vantaġġ bi trippla ta’ Zammit u basket ta’ Darrel Schembri. Suns kellhom il-punti ta’ Marjanovic u Bianchi flimkien ma’ Lee Grech u fis-sitt minuta kienu għadhom punt minn fuq 66-65. Mtarfa għamlu run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Zammit u  ħames punti ta’ Farrugia iżda Suns ma ċedewx u trippla ta’ Barberi u basket ta’ Bianchi disa’ sekondi mit-tmiem ġabuhom basket ‘l bogħod 71-73. Hawn Zammit għamel l-aħħar free-throw tal-logħba biex Mtarfa rebħu l-partita 74-71.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard, A. Psaila, C. Calleja, R. Zammit, N. Grech, D. Farrugia 27, T. Zammit 30, S. Zammit 3, J. Viibe 6, M. Borg, D. Schembri 6.

SN Suns: S. Borg, K. Scicluna 12, L. Grech 2, H. Agius 7, M. Barberi 11, A. Bianchi 16, R. Camilleri, S. Cauch 1, I. Marjanovic 22.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Lightning Mondays 30

Hibs 89

(0-21)(6-17)(8-32)(16-19)

Kif mistenni Hibs għelbu l-isfida ta’ Lightning Mondays u rebħu 89-30 f’partita li fiha l-coach Rueben Baldacchino ta’ ħafna ħin lil players ta’ fuq il-bank u ħalla barra liż-żewġ barranin. Hibs rebħu l-ewwel sessjoni 21-0 u kellhom il-punti minn Kieron Caruana u Kurt Sultana fost l-oħrajn. Huma bdew it-tieni sessjoni b’seba’ punti oħra fosthom trippla ta’ Simon Attard. Lightning Mondays għamlu l-ewwel punti tagħhom minn Daniel Caruana u Dinish Godwani bil-Hibs ikomplu b’10 punti oħra fosthom żewġ baskets oħra ta’ Sultana flimkien ma’ Matthew Formosa għal skor ta’ 38-6.

Wara l-intervall Hibs kellhom żewġ runs ta’ 15-0 b’diversi punti ta’ Caruana flimkien ma’ Luke Farrugia, Ryan Cortis u Gabriel Agius. Bejniethom kien hemm il-punti ta’ Daniel Zammit u Tim Womack però Hibs kienu 70-14 minn fuq. Fl-aħħar taqsima l-punti kienu aktar frekwenti speċjalment minn naħa ta’ Lightning Mondays fil-waqt li Sultana u Formosa kellhom trippla għal Hibs. Għal Lightning Mondays kien hemm il-baskets ta’ Zammit flimkien ma’ Daniel u Matthew Caruana biex Hibs rebħu l-partita 89-30.

Lightning Mondays: D. Zammit 10, T. Womack 4, D. Caruana 4, M. Caruana 4, D. Godwani 4, C. Mifsud 2,  A. Hatherly 2.

Hibs: A, Baldacchino 4, L. Farrugia 9, S. Attard 9, G. Agius 6, K. Caruana 24, K. Sultana 17, R. Cortis 6, M. Formosa 14.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
St. Nicholas Suns

12

9

3

21

Hibs

12

9

3

21

Phoenix The Chef Bistro

13

8

5

21

Mellieħa Tritones

13

7

6

20

Miscela D’Oro Mtarfa

12

5

7

17

Lighting Mondays

14

0

14

14


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mtarfa-jissorprendu-lil-suns-u-jifthu-berah-il-kampjonat/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.