MSV Masters Futbol: Wardija u Dingli fuq quddiem

Monday, November 7, 2016, 19:32

Gavin Muscat

Din il-ġimgħa fil-partiti tal-MSVLIFE Masters League, Birkirkara  kisbu l-ewwel rebħa tal-
istaġun wara erba’ partiti u Jival sofrew it-tielet telfa konsekuttiva. 

Birkirkara għelbu r-resistenza tal-Jival biex irreġistraw l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun. Jival skurjaw 
l-ewwel gowl minn Abugela Wahashi imma Birkirkara ġabu d- draw b’wirja sodisfaċenti u 
marru jistrieħu b’vantaġġ tajjeb ta’ 4-1. It-tieni taqsima kienet aktar pjaċevoli b’Jival joffru 
aktar oppożizzjoni. Iżda Birkirkara żammew kalmi, baqgħu jattakkaw u żammew  dejjem 
fil-vantaġġ. Il-plejer tal-logħba kien Mark Deguara  għal Birkirkara.

Għalkemm Wardija kienu l-aħjar tim,  Melita offrew resistenza qawwija.Sal-ewwel 15 il-
minuta, Melita żammew tajjeb u ħasdu lil avversarji bil-goalkeeper tagħhom jagħmel diversi
saves   spettakulari. Iżda   Wardija   daħlu   jistriehu b’vantaġġ ta’ 2-0 u   baqgħu   jagħmlu   ċertu
pressjoni biex skurjaw tlett gowls oħra biex Brian Said jiskorja gowl ta’ konsolazzjoni għal Melita fl-
aħħar tlett minuti. 

Mosta Shaggy Pub baqgħu mixja u irreġistraw ir-raba’ rebħa konsekuttiva biex
marru  quddiem   fil-klassifika   b’punti  massimi. Il-partita  kienet   deciża   fl-ewwel   taqsima   
meta   Mosta   ħadu   vantaġġ   ta’  7-1. Għalkemm naqsu mir-ritmu fit-tieni taqsima, 
Mosta xorta waħda kienu tajba biżżejjed biex jiskurjaw erba’ gowls oħra b’ Marsa
jiġu mċaħħda għal-bosta  drabi mill-goalkeeper bravu  Vladimir Mitchev.

Jival ħargu telliefa bl-iskor ta’ 1-4 kontra l-Melita Celtics.  L-ewwel taqsima għalqet mingħajr gols fejn Jival 
kienu xi ftit aħjar u għamlu pressjoni qawwija. Iżda ssorprendew meta fit-tieni taqsima  tilfu kull ritmu biex
ħallew l-inizjattiva f’idejn Melita. Kien wara 8 minuti li Matthew Naudi fetaħ l-iskor. Jival ġabu d-draw minn  
Abugela Wahashi, iżda Melita  kienu superjuri fl-aħħar ħinijiet  u skurjaw tlieta mingħajr risposta.

Żurrieq Wolves  kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Tal-Qroqq 3-2. Żurrieq kienu aktar attivi fl-ewwel taqsima 
fejn ħarġu minn fuq bl-iskor ta’ 3-1. Tal-Qroqq skurjaw il-gowl tagħhom minn Carlos Camenzuli fl-aħħar minuta 
tal-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima  Tal-Qroqq żiedu fil-logħob u naqsu l-iskor minn Ivan Camenzuli  
imma ġew imċaħħda mid-draw meta il-goalkeeper ta’ Żurrieq Jason Scicluna salva penalty mogħti minn  Ivan Camenzuli.

Il-partita prinċipali bejn Rabat Cavette u Marsa White Stars Barilla kienet ta’spettaklu hekk kif spiċċat fid-draw ta’ 7-7. 
Fl-ewwel kwarta, Marsa ħadu vantaġġ ta’ 2-0, iżda Rabat irnexxielhom jiksbu d-draw għalkemm il-Marsa 
ħadu vantaġġ ta’ 3-2 qabel ma’ daħħlu jistrieħu. Fit-tieni taqsima, Marsa ħadu vantaġġ ta’ 6-4 
iżda r-Rabat għamlu reazzjoni u ġabu d-draw biż-żewġ timijiet jerġu’ jiskurjaw lejn it-tmiem.

Marsa White Stars-Valletta 0-0

Referee: R.Galea

Dingli Desana-Tal’Qroqq 0-0

Referee: R.Galea

Marsa White Stars-Rabat Cavette 7-7                       

Skorers ta’Marsa: R. Mangion (2), J. Axisa (2), K. Formosa, JP Zammit, A. Pendry                                      
Skorers ta’Rabat: K. Loughborough (2), M. Micallef, S. Said, C. Muscat, J. Zammit, D. Roe                              
Referee: J. Penza

Żurrieq Wolves-Tal Qroqq 3-2

Skorers ta’Żurrieq: R. Magro, G. Ordinato, R. Caruana                                                                                         
Skorers ta’ Tal-Qroqq: A. Allen, C. Camenzuli                                              
Referee: J. Penza

Jival-Melita 1-4               

Skorers ta’ Jival:A.Wahashi                                                                           
Skorers ta’Melita: A. Naudi (2), B. Said, M. Naudi         
Referee: S. Brignone                         

Jival-Wardija 2-8

Skorers ta’Jival: A.Wahashi,J.P Abdilla
Skorers ta’Wardija: M.Borg Olivier (3),E.Do Nascimento (2),L.Satariano,S.Giglio,R.Brankovic
Referee:J.Penza

Melita-Wardija 1-5

Skorers ta’Melita: B.Said
Skorers ta’Wardija: M.Schembr (2),M.Borg Olivier,K.Naudi,C.Nwoko
Referee:R.Galea

Marsa White Stars-Mosta 2-11

Skorers ta’Marsa: T.Borg,D.Gatt
Skorers ta’Mosta: P.Bugeja(4), C.Cope(2), I.Tarik(2), S.Sultana, C.Sciberras, L.Calleja
Referee: R.Galea

Klassifika: 12 Wardija,Mosta
9 Dingli,Jival
5 Rabat Cavette
4 Żabbar,Melita,Marsa White Stars,Birkirkara
3 Valletta,Żurrieq Wolves
0 Tal-Qroqq

L-Aqwa Skorer: 16 A.Wahashi(Jival)

Logħob li jmiss: 3 Novembru fl-6:45pm: Melita vs Birkirkara
8pm: Rabat Cavette vs Żurrieq Wolves





Leave a comment