- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

MSV Life Masters Football: Rebha ohra ghall-Imqabba Masters

Posted By Sportinmalta On December 23, 2014 @ 6:14 pm In Featured,Football | No Comments

Din il-gimgha saru zewg partiti biss u fl-ewwel wahda kelna partita pjacevoli, akkanita u missielta sal-ahhar u minghajr ma naqsu mill-mertu ta’ rebha tal-Mosta Shaggy Pub 6-4, l-avversarji JIVAL kien jimmerithom draw fejn qasmu l-loghob ghal hafna hin u kien biss fl-ahhar minuti li sofrew iz-zewg goals importanti skurjati mll-opportunist Kevin Sciberras. Wara li fl-ewwel taqsima ma kelna l-ebda skor, fit-tieni perjodu JIVAL bdew billi hadu vantagg ta’ zewg goals, izda malajr Mosta gabu draw u bqajna serin hekk b’JIval jiskurjaw u Mosta Iwiegbu, sakemm wasalna fl-ahhar minuti. Jean Pierre Abdilla ghal JIVAL u Stephan Sultana ghal Mosta skuraw hat-trick u kienu l-inspirazzjoni ta’ shabhom

It-tieni partita kienet fost l-isbah li kelna sissa dan l-istagun. Mqabba Masters baqghu juru konsistenza u minkejja l-oppozizzjoni qawwija li offra t-tim ta’ Rabat Boys, rniexilhom jiehdu l-punti massimi b’rebha ta’ 8-5. Kollox gie deciz fit-tieni taqsima, wara li fl-ewwel 25 minuta kien hemm parita (2-2) bl-ebda tim ma jiddomina. Rabat kienu bdew tajjeb meta hadu vantagg ta’ 2-0, biex Mqabba thabtu biex kisbu d-draw, Fit-tieni taqsima Mqabba kienu l-ahjar u b’erba goals mil-player tal-loghba Lawrence Vella kisbu rebha tajba u tlett punti ohra importanti biex ziedu il-vantagg taghhom fl-ewwel post tal-klassifika.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/msv-life-masters-football-rebha-ohra-ghall-imqabba-masters/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.