Motorsport:It-Tielet post għall-Neville Ciantar u Thomas Tanti

Thursday, August 13, 2015, 17:20

Gavin Muscat

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż.

Note:This article has been written in both Maltese and English.

It-Tielet post għall-Neville Ciantar u Thomas Tanti fil- Ultra 4 Europe King of Wales Kompetizzjoni

Suċċess kbir għall-Nusu Off-road Racing Team li kkompetew fil-kompetizzjoni prestiġjuża Ultra 4 Europe King of Wales,avveniment internazzjonali li sar bejn il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 ta’ Awwissu f’Wales.

Wara li spiċċa fit-3 post fl-ewwel kompetizzjoni tal-Ultra 4 Europe Series, Nusu Off-road Racing Team ta’ Neville Ciantar bil-vettura tiegħu Rover V8 Goat off-roader, flimkien ma’ Thomas Tanti bħala navigator u t-tim back up tagħhom temmew l-avventura tagħhom mill-ġdid fit-tielet pożizzjoni ġenerali.Dan hu suċċess kbir meta tikkunsidra li ikkompetu ma’ timijiet li ġejjin mir-Renju Unit, il-Portugall, l-Amerika, il-Belġju, Franza, l-Italja u l-Olanda fost l-oħrajn.

Nusu Off-road Team kienu preċeduti minn WSR Racing ta’ Nicholas Montador minn Franza u Big Rock F-Racing ta’ Filipe Guimaraes tal-Portugall li spiċċa fit-Tieni ġenerali.

Tim ieħor Malti, Pitass Racing t’ Alan Zahra temmu l-avventura tagħhom fil-14 -il post fost 42 tim li ħadu sehem.

Wara dawn l-ewwel żewġ kompetizzjonijiet, Nusu Off-road Racing Team issa qiegħed fit-tieni post overall fil-Ultra 4-Ewropa Series. Ir-Rawnd li jmiss f’din is-sensiela hija Il-King of Portugal bejn id-9 u l-12-ta’ Settembru 2015 fil-Portugall.

_______________________________________________________________________

3rdOverall for Neville Ciantar and Thomas Tanti in the Ultra 4 Europe King of Wales Competition

Huge success for Nusu Off-road Racing Team who competed in the prestigious Ultra 4 Europe King of Wales international off road event between Friday 7th and Sunday 9st August in Wales.

After finishing 3rd Overall in the first competition, of the Ultra 4 Europe Series, Nusu Off-road Racing Team of Neville Ciantar driving his Rover V8 powered Goat off-roader with Thomas Tanti as navigator and their back up team ended their adventure again in the third position overall when competing with, teams from the United Kingdom, Portugal, America, Belgium, France, Italy and Holland amongst others.

Nusu Off-road team was preceded by WSR Racing of Nicholas Montador from France and Big Rock F-Racing of Filipe Guimaraes of Portugal who finished Second Overall.

Another Maltese team, Pitass Racing of Alan Zahra ended their adventure in 14th Overall from 42 Teams.

After these first two competitions, Nusu Off-road Racing Team is now 2nd Overall in the Ultra 4 Europe Series. Next round in this series is the King of Portugal between the 9th and the 12th of September.

Nusu Off-Road in action





Leave a comment