Motorsport: Ritmu tajjeb ghal-Maltin gewwa Santa Pod

Monday, May 29, 2017, 11:29

Is-sibt jibdew il-kwalifikazzjonijiet ghal Duncan Micallef, Simon Giordmaina u Franklyn Borg gewwa Santa Pod, fl-Ingilterra. It-trakka tidher preparata sew, it-temp huwa tajjeb u hemm stennija kbira ghal-partecipazzjoni tal-Maltin fil-klassijiet rispettivi taghhom, dik ta Super Street Bike ghal Franklyn u it-tuner tieghu Simon kif ukoll fl-gholha klassi u l-iktar veloci mill-kampjonat kollu il-klassi tat-Top Fuel li ghal darba ohra Malta hija rapprezentata mill-iSportiv Nazzjonali 2016 Duncan Micallef. Huwa mistenni illi ghan-nofs siegha ser tinzamm minuta silenzju ghal-vittmi ta Manchester.

Wara l-ewwel gurnatatar-rawnd tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing iz-zewg kompetituri Maltin huma kuntenti bil-prestazzjoni taghhom dan ghaliex fil-kaz Simon Giordmaina u Franklyn spiccaw fl-ewwel post fl-ewwel kwalifikazzjoni u it-tieni fit-tieni kwalifikazzjoni u fil-kaz ta Duncan Micallef spicca it-tieni fit-tieni round ta kwalifikazzjoni wara illi tilef l-ewwel rawnd. B’hekk Simon u Franklyn ghandhom hames punti fil-waqt illi Duncan ghandu zewg punti. S’issa kollox jindika li z-zewg it-tims ghandhom jghaddu ghal-ewwel rawnd ta eleminazzjonijiet li ser isiru ghadha wara nofsinhar proprju wara zewg rawnds ohra ta kwalifikazzjoni.





Leave a comment