Motorsport news

Monday, July 17, 2017, 11:14

Fi tmiem il-Ġimgħa l-attenzjoni qiegħda kollha fuq Neville Ciantar u it-tim tiegħu Nusu Offroad Racing tim li għal darba oħra jinsab ġewwa Wales fl-Ingilterra biex jipparteċipa fil King Of Wales. Din hija tappa tal-kampjonat Ewropew Ultra 4 Europe, kampjonat ta off road estrem. In-Nusu Offroad Tim u b’mod specjali is-sewwieq Neville Ciantar għandhom esperjenza kbira f’dan l-isport u fil-passat ġabu risultati sbieħ ħafna għalihom infushom u għal-pajjizna.

Fl-istess ħin il-preparazzjonijiet għaddejin bi gmielhom ġewwa it-trakka tal-kwart ta mil f’Hal Far fejn l-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing qiegħda tipprepara għat-tielet rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta’mil. Bħal kull sena min ħabba s-sħana ir-rawnd ta Lulju isir matul il-lejl u allura joħloq spettaklu differenti mit-tlett rawnds l-oħra. Ghal dan ir-rawnd ser jerġa jkollna fostna numru ta karozzi u sewwieqa barranin. L-avvenniment bl-isem Flames Of Fire ser jittella bejn il-Ħamis 20 ta’ Lulju u s-Sibt 22 ta’ Lulju mis-6 ta fil-għaxija il-quddiem.

Flames of Fire – Drag Racing





Leave a comment