Motorsport news: Rodren Vella u Bernard Galea

Tuesday, August 1, 2017, 10:00

Żewġ sewwieqa Maltin jispiċċaw tellieqa fl-ewwel post ġewwa l-Ingilterra.

Rodren Vella u Bernard Galea zewġ sewwieqa Maltin kienu impenjati f’rawnd ieħor tal kampjonat maghruf bħalha 750mc Roadsports Class C fi tmiem il-Ġimgħa. Galea u Vella spiċċaw din-it-tellieqa fl-ewwel post. It-tellieqa saret fiċ-ċirkwit ta Caldwell Park, ċirkwit li hu magħruf mad-dilettanti u s-sewwieqa bħalha minjatura tan-Nurgburgring li hemm ġewwa l-Ġermanja. Vella u Galea saqu il-Honda Civic tagħom bejnietom.  It-tellieqa hija meqjusa bħalha “mini-endurance” għal-karozzi tat-triq izda li fl-istess tgħati l-liberta lit-tims għal numru ta modifikazjonijiet. Kull tellieqa tkun twila ftit aktar minn 45 minuta u it-tim għandu l-opportunita li ibiddel is-sewwieq jew il-karozza wara 25 minuta. Vella u Galea għandhom karozza waħda u wara 25 minuta jinbidel is-sewwieq. Ir-rawnd illi jmiss ser naraw iz-zewġ sewwieqa Maltin ġewwa Silverstone.





Leave a comment