Motorsport news

Friday, July 28, 2017, 22:28

Jiġi fi tmiemu it-tielet rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta mil ġewwa t-trakka ta’ l-assoċjazjoni Maltija tad-Drag Racing. Dan kien rawnd ieħor illi apparti kollox kien organizzat sew ser jibqa ukoll jissemma għaliex inkiser rekord mondjali minn sewwieq Grieg illi wara xi diffikultajiet irnexxielu jilħaqq l-iskop li gie għaliħ ġewwa pajjizna. L-iskop kien li jikser rekord mondjali bil-Mitsubishi Evolution li fil-fatt irnexxielu jaghmel dan meta għamel ħin ta’ 7,884 sekondi.

Rekord ieħor mistħoqq ħafna kien dak ta Justin Muscat meta għamel rekord Ewropew permezz ta’ l-Escort b’Rotary engine bl-isem ta Terminator meta saq id-distanza f-7.18 sekondi b’velocita ta 192 mil fis-siegħa.

Sewwieqa oħra li kellhom tmiem il-ġimgħa tajjeb ġewwa Hal Far kien Luca Mangion li rebaħ il-klassi Junior dragster, Mark Farrugia rebaħ il-bracket ta’ bejn 8.00 – 8.49 sekondi, Clint Catania rebaħ il-klassi Open 3, Ryan Cassar u Frankie Ellul rebħu il-klassi Escort Class 2 u 3 rispettivament filwaqt illi Chris Gauci rebaħ il-klassi Open Front Wheel Drive.

Ryan Scerri rebaħ il-klassi 4 cylinder Nitro waqt illi Reuben Scicluna rebaħ il-klassi D4 permezz tad-dragster tieghu. Il-Grieg regolari ġewwa Hal Far Savvas rebaħ il-klassi open tal-muturi.

Il-klassi Open 1 class u Open 2 gew mirbuħa minn Justin Mizzi u Justin Muscat rispettivament.

Ir-raba rawnd tal-kampjonat ser jiġi imtella bejn nhar il-Ġimgħa 22 u l-Hadd 24 ta’ Settembru.

Suċċess ieħor fi tmiem il-ġimgħa għal Josef Calleja ġewwa iċ-ċirkwit ta’ Oulton Park fl-Ingilterra meta saq is-Subaru Impreza fil-ħames rawn tal-kampjonat Time Attack Ingliz. Calleja kiser ir-rekord tat-trakka meta għamel ħin ta minuta u disa u għoxrin sekonda, zewg sekondi aħjar mir-rekord preċedenti li gie miksur fl-elfejn u tmienja. Calleja spicca dan ir-rawnd fl-ewwel post u b’hekk zamm postu fil-quċċata tal-kampjonat. Calleja mistenni jerġa jkun impenjat fis-sitt rawnd gewwa Croft Racing Circuit fit-tnejn u t-tlieta ta Settembru illi ġej.

Footage on its way via wetransfer.





Leave a comment