Motorsport: Maltese drivers’ latest results

Friday, June 30, 2017, 11:27

Wara illi l-avventura ta l-erbgħa timijiet fi Sqallija kellha tieqaf seħrem, esperjenzi u suċċessi minn sewwieqa Malti oħra fi tmiem il-Ġimgħa ma naqsux.

Josef Ċalleja li permeżż tas-Subaru Impreza tiegħu ħa sehem fit-tielet rawnd tal-kampjonat tat-Timeattack ta l-Ingilterra irnexxilu jikser il-ħin tat-trakka storika u popolari ta Brands Hatch meta dar iċ-ċirkwit f’50.978 ta sekonda, rekord li kien ilu ma jinkiser aktar minn sentejn. Josef spiċċa dan ir-rawnd fit-tieni post.

Simon Giordmaina u Franklyn Borg kienu ġewwa Santa Pod bl-intenzjoni li jippreparaw il-mutur tagħhom għar-rawnd illi jmiss tal-kampjonat Ewropew. Irnexxilhom jagħmlu dan b’suċċess meta b’mod konsistenti il-mutur misjuq minn Franklyn Borg u issetjat minn Simon Giordmaina ġera ħin ta 7.17 sekondi wara 7.18 il sekonda. L-appuntament illi jmiss għal-Franklyn u għal-Simon huwa it-tielet rawnd tal-Kampjonat FIM f’Hockenheim il-Ġermanja f’Awwissu.

Fi tmiem il-Ġimgħa illi gej l-attenzjoni ser iddur fuq Josef Calleja li ser ikun qiegħed jieħu sehem fir-raba rawnd tal-kampjonat Timeattack ta’ L-Ingilterra ġewwa Donnington Park u fuq Duncan Micallef li ser ikun qiegħed isuq ġewwa iċ-ċirkwit ta Alastro fil-Fillandja fejn ser ikun qiegħed jittella it-tielet rawnd tal-kampjoant Ewropew tad-Drag Racing. Duncan qiegħed jokkupa l-ewwel post f’dan il-kampjonat.





Leave a comment