Motorsport: Events of this weekend and to come up

Friday, July 21, 2017, 15:32

Illum ikompli it-tielet rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta mil ġewwa it-trakka ta’ l-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing. Bħal kull sena min ħabba s-sħana dan ir-rawnd isir matul il-lejl u allura joħloq spettaklu ferm differenti mill-oħrajn. Għal dan ir-rawnd reġa għandna fostna numru ta kompetituri barranin fosthom mill-Italja kif ukoll mill-Greċja u b’hekk in-numru ta kompetituri qabez is-60 sewwieq. L-avveniment li jismu Flames Of Fire ser jibqa għaddej sas-Sibt 22 ta’ Lulju mis-6 ta’ fil-għaxija il-quddiem. Il-pubbliku huwa mistieden biex igawdi dan l-ispettaklu fit-trakka ta’ l-assoċjazzjoni ġewwa Ħal Far.

F’dan it-tmiem il-ġimgħa ukoll zewgt sewwieqa oħra Maltin ser ikunu qiegħed jikkompetu fit-tlieta u tletin edizzjoni tal-Hillclimb “Coppa Val d’Anapo” f’ Sortino f’Siracusa fis Sqallija. Joe Anastasi fuq mini u Mark Micallef fuq Radical ser jkunu qiegħed jieħdu sehem f’din it-tellieqa fuq distanza ta 7.2 kilometri. Kemm Anastasi u Micallef huma zewg xufiera ta’ esperjenza u għandom warajhom numru ta successi kemm hawn Malta kif ukoll ġewwa Sqallija.

 





Leave a comment