- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Motorsport: Duncan Micallef Jokkupa it-tieni fl

Posted By editor2 On June 19, 2017 @ 10:20 am In Featured,Motorsport | No Comments

Fl-ewwel ġurnata gewwa Tierp Arena fl-Iżvezja u wara zewġ ġirjiet ta kwalifikazzjoni Duncan Micallef spiċċa il-ġurnata fit-tieni post wara Antti Horto. Wara l-ewwel rawnd tal-kwalifikazzjoni Micallef tela’ fil-quċċata tal-klassi fejn qiegħed jikkompeti ma sebgħa xufiera oħra.

Fit-tieni rawnd Micallef kellu ħarga tajba ħafna izda immedjatament wara sab xi diffikulta u b’hekk tilef l-ewwel post tal-klassi. Duncan jinsab wara Antti Horto u qabel Anita Makela, il-kampjonessa renjanti, iż-żewg xufiera huma mill-Fillandja.

Duncan jerġa jidħol fl-azzjoni għadha b’żewġ rawnds oħra ta kwalifikazzjoni u bl-ewwel rawnd ta eliminazzjonijiet.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/motorsport-duncan-micallef-jokkupa-it-tieni-fl/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.