Motorsport: Duncan Micallef Jirbaħ ir-raba rawnd tal-kampjonat Ewropew

Monday, July 3, 2017, 11:03

Illum għal ħabta ta l-erbgħa u nofs wara nofsinhar ħin lokali Duncan Micallef rebaħ il-finali tar-raba rawnd tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing organizzat mill-FIA gewwa il-Fillandja.

B’hekk issa Duncan Rebaħ tnejn mill-erbgħa rawnds u kompla isaħħaħ il-posizzjoni tiegħu fil-quċċata tal-klassifika. Duncan għaddha mil-kwalifikazzjoniet mingħajr problemi meta imbagħad fl-ewwel rawnd ta’ eliminazzjoniet iltaqa mac-champion renjanti Anita Makela tal-Fillandja fejn Duncan rebaħ u għadda ghat-tieni rawnd. Hawnhekk Duncan iltaqa ma Stig Neergrand tad-Denimarka, Neergrand kien qiegħed jaspira li jirbaħ ir-raba finali tiegħu zbalja fuq id-dawl u b’hekk warja ġirja stupenda Duncan rebaħ it-tieni finali tieghu ħmistax biss wara li rebaħ fl-Izvezja.

L-appuntament għal Duncan issa huwa bejn it-tmintax u l-għoxrin t’Awwissu gewwa Hockenheim fil-Ġermanja fejn hemmhekk Malta ser tkun raprezentata ukoll minn Franklyn Borg u Simon Giordmaina li bħal Duncan qieghdin jokkupa l-ewwel post tal-klasifika tal-klassi tagħhom.





Leave a comment