Motor Sports Festival 2011 fir-Rabat

Wednesday, September 7, 2011, 15:12

Illum 7 ta’ Settembru 2011 Il-Malta Motorsport Federation flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat ghamel Konfernza Stampa biex iniedu l-Motor Sports Festival ghas Sena 2011. Indirizzaw il-Konferenza is-Sindku tar-Rabat Alexander Craus flimkien mal-president tal-MMF is-sur Tonio Cini.

Tonio Cini fetah din il-konferenza billi qal li huwa ta pjacir kbir ghalih li ghat-tieni sena konsekuttiva, Il-Kunsill Lokali tar-Rabat qed jerga jilqa l-innizjattiva li hadu group tar-Rabtin biex tittella attivita awtomobilistika gewwa ir-Rabat. Din is-sena, l-attivita hadet xejra differenti ghax giet mifruxa fuq tlett weekends, b’hekk il pubbliku jista jara lis-spettaklu kollu, u japprezza dan l-isport.

Il-Federazzjoni temmen li dan huwa bidu, ghax ix-xoghol li qed issir mill-Kunsill, flimkien mas-Segretarjat tal-Isport u Zghazagh, u il-Kunsill Malti ghal-iSport, qed jirrangaw triq li kienet snin mitluqa, u b’hekk l-Island Car Club, qed terga id-dahal fil-kalendarju taghha, il-Hill Climb tal-Imtahleb. L-Enduros, din is-sena se juza ezattament it-trakka l-antika, taht il-pont tal-istazzjoni, u il-Festival se jaghlaq bil-kbir, b’show statiku min hafna dilettanti tal-karozzi li se jezebixxu il-karozzi taghhom fil-pjazzez ewlenin tar-Rabat. Il-Federazzjoni tirringrazzja lil Sindku Sandro Craus, u lil kunsilliera kollha, tas-sapport li qed jaghtu lil dan is-sport.

Is-Sindku qal li dan il-festival ha jittella ghat-Tieni sena konsekuttiva wara s-success li kiseb is-sena li ghaddiet. Il-Kunsill tar-Rabat flimkien ma’ Dilettanti Rabtin immexxija minn Charles iz-Zoqdi Camilleri u Wayne Dingli hadmu hafna biex din is-sena flimkiien mal-MMF, ICC u Ghaqdiet ta’ Esebituri tal-Karozzi ser itellghu tlett ihdud mimlijin attivitajiet. Dawn ha jkunu mqassma hekk kif gej:

1) 11 ta’ Settembru : Moto Cross Endura li ser issir taht L-Imdina. Din hi tlielaq tal-Muturi bil-hin. It-track li kienet tintuza fl-antik mid-dilettanti rabtin hi wahda komda peress li l-ispetaturi jkunu jistghu b’mod komdu jaraw it-tigrijiet.

2) 18 ta’ Settembru : Hill Climb gewwa l-Imtahleb. Il-Kunsill flimkien mal-ICC qed jorganizzaw Hill Climb gewwa L-Imtahleb.

3) 25 ta’ Settembru : Motor Car Static Show: Hawn ha norganizzaw motor car static show gewwa c-centru tar-Rabat fejn ha jkollna spettaklu ta’ Karozzi u muturi f’din l-esebizzjoni.

Is-Sindku stieden lil kullhadd biex jattendi dan il-festival u irringrazzja lil kull min qed jghin u jippartecipa specjalment li-dilettanti Rabtin.Attendew ukoll ghal din il-konferenza is-sinjura Doris Coleiro Vici Sindku, Charles Zoqdi Camilleri u Wayne Dingli





Leave a comment