- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Motocross f’Ta’ Qali, Enduro u Trials fil-Qrendi fi tmiem il-ġimgħa

Posted By Sportinmalta On December 6, 2017 @ 8:10 am In Featured,Motorsport | No Comments

Tmiem il-ġimgħa li ġej se jkun wieħed impenjattiv għal l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru 2017 l-ASMK sa torganizza t-tielet attività mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Dan il-program jibda fid-9:00am u ħa ssir fil-kumpless tal-ASMK f’Ta’Qali. Matul din il-ġurnata wkoll l-ASMK ser organizza it-tieni attivita Trials mill-Kampjonat Nazzjonali ‘ASMK Pasta Poiatti’ 2017/2018. L-attivita ser issir fil-Barriera Tal-Magħlaq Limiti tal-Qrendi u tibda fid-9:00am.

Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017 L-ASMK ser itella t-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. Dan ħa jsir fil-Barriera tal-Magħlaq Limiti tal-Qrendi u l-program jibda 10:00am.

Intant nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2017 ġiet organizzata t-tielet attività mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Għal din l-attività irreġistraw 21 kompetitur maqsuma f’żewġ klassijiet dik Modified u oħra Standard.

Matul il-ġurnata rajna il-kompetituri kollha jsuqu fuq trakka b’S-Bend b’differenza. Ġiet introdotta il-Joker Lap. Din id-darba il-Joker Lap intuzat b’mod li kull kompetitur kellu jidħol darba fi xhin irid fi triq itwal min dik normali fil-korsa waqt il-Heats u wkoll waqt il-Finali.  Wara tliet Heats tal-ġurnata rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta jiddomina l-ġurnata billi dan irnexielu jġib l-għola total tal-punti mill-Heats tal-ġurnata u assigura postu fil-finali Klassi A. Ma’ Micallef ikkwalifikaw ukoll Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Ryan Scerri fuq Opel Corsa u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova.

Għal finali Klassi B ikkwalifikaw Gary Grech u Gordon Johnson it-tnejn fuq Opel Corsa, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Keith Borg fuq Vauxhall Nova u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205.

Kemm il-finali Klassi A u Klassi B kellhom jiġu posposti minħabba inċident waqt il-finali tal- Autocross Standard Class u billi b’dan kien daħal il-ħin il-kumitat organizzativ ideċieda li ż-żewġ finali Klassi A u B jsiru f’ġurnata oħra li mistennija tkun mħabbra iktar ‘il quddiem.

Fil-Klassi Autocross Standard rajna lil Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 iġib l-għola punteġġ mill-Heats tal-ġurnata fejn assigura postu fil-finali waqt li miegħu kkwalifikaw Johann Vella fuq Opel Nova, Kyle Agius fuq Renualt 5, Deane Farrugia fuq Citroen AX, Chris Formosa fuq Ford Fiesta u Quinn Camilleri fuq Peugoet 106.

Mat-tluq ta’ din il-finali rajna lil Vella flimkien ma’ Chircop jagħmlu ħrug tajjeb ħafna b’Vella jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit min Chircop u Camilleri segwit minn Agius u Formosa. l-attenzjoni marret fuq Farrugia fejn mill-aħħar post irnexxielu jissupera lil Formosa biex spiċċa isegwi lil Agius. It-taqtigħa kompliet bejn Agius u Farrugia li kienu qed jokkupaw it-tielet u r-raba’ post fejn ftit metri qabel tmiem it-tiġrija Farrugia daħal ma’ ġenb Agius b’dan tal-aħħar jerġa’ jagħmel tentattiv għal postu bil-konsegwenza li Farrugia għamel kuntatt ma’ Agius u waqt din l-aħħar azzjoni Agius spiċċa qabad it-tyre barrier mal-ġenb tat-triq u nqaleb. Minkejja li kien jonqos biss xi 30 metru għall tmiem it-tigrija, it-tiġrija twaqfet u ttieħdu il-prekawzjonijiet kollha. Agius ġie eżaminat mit-tim mediku li jkun preżenti fuq il-post.

Fir-riżultat finali Autocross Standard spiċċa:- Vella jirbaħ din il-finali segwit min Chircop. Il-pożizjonijiet l-oħra għad iridu jkunu magħrufa u kkonfermati mill-Kumitat Eżekuttiv wara li jirrevedi d-deċiżjoni tar-referee u jekk din hija korretta Farrugia jista jiġi sospiż wara din l-azzjoni tiegħu waqt din il-finali.

Intant l-Assoċjazzjoni bħalissa qed tilqa l-applikazzjonijiet għal dawk il-kompetituri li se jieħdu sehem fl-24 edizzjoni tad-Demolition Derby b’risq l-Istrina. Din mistennija ssir fis-17 ta’ Diċembru 2017 u tibda 3:30pm. Ir-Reġistrazzjonijiet jagħlqu nhar l-Erbgha 6 ta’ Diċembru 2017 waqt il-laqgħa li ssir apposta għal dawk l-applikanti u l-kompetituri li se jieħdu sehem.

Għal aktar informazzjoni idħlu fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ Facebook A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Tistgħu tagħmlu kuntatt bl-email li hu info@asmk.org.mt.

Ritratti ta’ Mario Micallef


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/motocross-fta-qali-enduri-u-trials-fil-qrendi-fi-tmiem-il-gimgha/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.