More football gossip on Kontrattakk

Monday, December 6, 2010, 6:00

Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru, waqt il-programm Kontrattakk li jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, waqt ir-rokna X’Qed Jinħema, ġie żvelat dan li ġej:

Il-Kampjonat Malti fuq iktar Betting Sites

Xi ħaġa impressjonanti din is-sena huwa l-fatt taż-żieda ta’ betting sites internazzjonali li żiedu l-logħob tal-football Malti fost l-għażla għall-bets tagħhom minn ġimgħa għal ġimgħa. Sa staġun ilu kienet biss il-website bwin.com li kienet tinkludi l-logħob tal-football Malti fost il-listi ta’ logħob li toffri iżda minn dan l-istaġun tfittxija ħafifa fuq l-internet twasslek malajr għall-lista iktar wiesa’. Fost is-sites li sibna li joffru l-football Malti sibna lil:

Sportingbet.com, 365.Com,Tipico.com, Expect.com, Victorchandler.com

Appell  minn hawn lill-awtoritajiet konċernati sabiex jibqgħu jimmoniterjaw dawn il-websites u bir-riżorsi kollha possibli jassiguraw ruħhom li mhux qed isir logħob minn players Maltin involuti fil-logħob tal-Premier u wisq iktar uffiċjali ta’ Clubs.

Tfal Għawdxin fil-Juventus Socccer School Malta

Wara s-suċċess li kisbet fi ftit ġimgħat il-Juventus Soccer School fejn diġa applikaw u bdew jitħarrġu ’il fuq minn 50 tifel issa se tinfetaħ l-opportunita` għat-tfal Għawdxin biex huma wkoll ikollhom l-opportunita` jitħarrġu ma’ din l-iskola tal-Juventus f’Malta. Filfatt għall-ewwel darba kemm ilha li reġgħet infetħet il-Juventus Soccer School f’Malta grupp imdaqqas ta’ tfal se jitilgħu Għawdex għall-ġurnata taħriġ bil-għan li jinfetħu wkoll il-bibien għat-tfal Għawdxin li jixtiequ jissieħbu għall-kumplmanent ta’ dan l-istaġun.

Is-sessjoni ta’ taħriġ f’Għawdex immexxija mill-Head Coach u Technical Director Charles Borg flimkien mal-assistenti tiegħu se ssir nhar il-Ħadd li ġej 12 ta’ Diċembru fl-10am ta’ filgħodu ġewwa l-Ground tas-Sannat. Ġenituri Għawdxin li jixtiequ jibgħatu t-tfal tagħhom għal din is-sessjoni jistgħu iċemplu biex jibbukkjaw fuq 27008947 jew 99516062 jew jidħlu fuq facebook u jfittxu JSS Malta. Tfajliet żgħar taħt it-12-il sena huma wkoll imħeġġa jattendu.

Baggio reġa` f’Malta

L-Ex Player Internazzjonali Roberto Baggio reġa’ kien f’Malta din il-ġimgħa hekk kif jidher li l-ispekulazzjonijiet li dan il-player leġġenda tal-footall Taljan kien investa fi propjeta` f’Malta issa ġiet iktar ikkonfermata. Diversi nies din il-ġimgħa ċemplulna sabiex jgħidulna li ltaqgħu ma’ Baggio f’ristoranti matul il-ġimgħa. Mhux eskluż il-fatt li Roberto Baggio qed jipprova jiftaħ ukoll negozju f’Malta.

M’hemmx kits tal-Givova biżżejjed għall-Amateurs

U appropożitu tal-Givova storja oħra relatata ma’ din il-marka hekk kif din il-ġimgħa żewġ persuni viċin l-MFA ċemplulna biex imorru niġru lejn Ta’ Qali biex naraw b’għajnejna it-training tat-team Nazzjonali tal-Amateurs li se jipparteċipaw fir-Regions Cup tal-UEFA. Hekk kif tfaċċajna rajna b’għajnejna pastażata ta’ viżjoni hekk kif il-players ma kinux lebsin kollha bl-istess kit. Innotajna li kien hemm sitta libsin bil-flokkijiet tat-Team Sport, sitta oħra lebsin bil-flokkijiet tal-Givova u l-kumplament bil-flokkijiet tat-training tad-Diadora….. f’kelma waħda team tal-Amateurs imlaqqtin. Din hija sitwazzjoni redikola  u tal-mistħija mhux biss għall-players iżda wkoll għall-MFA li qed tagħti impressjoni li mhiex qed tagħti każ lil dan it-team. Minn informazzjoni ulterjuri jidher li din it-tlaqqita ta’ training kits ilha għaddeja għall dawn l-aħħar ġimgħat u mhux magħruf jekk ir-ritratt uffiċjali hux se jittieħed jew le biex ikun ippublikat fuq il-brochure uffiċjali tal-UEFA. Illum m’aħniex f’pożizzjoni li nikkonfermaw jekk din is-sitwazzjoni hiex tort tal-Givova li ma bagħtitx biżżejjed training kits jew inkella tort tal-MFA li forsi għadha ma sabitx persuni biex tiftaħ l-istores u tqassam il-kits tat-training. Illuminawna u tkomplux twaqqgħu u tirridikolaw lil dawn il-players li b’sagrifiċċju qed jattendu t-taħriġ b’tant impenn.





9 Comments

  1. BELTI, LANQAS MEJJET ! says:

    Hallina Sandro Piccinini, ghadek ma xbajtx tghid hmerijiet. Ara veru mill-belt trid tkun ta’ha nghidlek, l-aqwa tim fid-dinja.

    [Reply]

  2. Frankie Ciantar says:

    Sur Micallef, Jien Frankie Ciantar il bniedem responsabbli mill Kits ta l MFA, Jiddispjacini najdlek li dan li ktibt ktibtu ghax qallek xi hadd, ghax jekk veru rajtom int ghandek bzonn nuccali ghax ma rajtx sew, Il kits kollha ta Diadora kollha bir reklam ta Teamsport u kienu kollha l istess u bil Givova kienu 4 players biss li dawn jaghmlu parti mill iskwadra ta l Under 21, Kienet decizjoni tieghi li tajtom id Diadora ghax din kienet skwadra provizorja u jkollok players li jigu darbtejn training, jiehdu l kit u ma jigux aktar bhal ma gara, bhekk ma hadux il kits godda tal givova u wara toqod tigri warajom ghal kits, L iskwadra ta 18 il player il bierah inataw il kits ta training Givova, Tracksiut, Polo Shirts, Bermuda u basket tal Givova u biex zgur nikkonfermaw li dan it team mhux imlaqqat illum ghal loghba konna tlett kit Managers ma team. jien, Mark Piscopo u Paul Schembri li nahseb qatt ma kienet fl istorja ta team Nazzjonali li jkunu tlett kit managers.

    [Reply]

  3. cody says:

    nixtiq najdlek li vera baqalek hafna hafna u hafna biex tkun phal ta controcampo peres li tiprova temitom

    [Reply]

  4. belti kburi says:

    xsar minnu lartiklu ta tutto sport sandro wegibni 

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Ikkuntatjani l-Avukat tal-familja Vella u qalli li qatt ma ntbghatet invoice dwar dawn il-flus b’lura u talabni biex inehhi l-artiklu minn fuq is-site. sandro

    [Reply]

    belti kburi Reply:

    grazzi sandro

    [Reply]

  5. cody says:

    sorry sandro imma daqsek ibsa biex timla il program tijak dejjem trid tmaqdar il kulhat ghamel homeweark sew qbel titkellem

    [Reply]

  6. Mimmo Vella says:

    Sur Sandro,
    peress li qed tfittex illuminazzjoni dwar is-sitwazzjoni li ddiskrevejt hawn fuq, nixtieq nikkonferma li l-plajers kien ghad ma nghatawx il-kit peress li t-team ta’ l-amateurs intghazel propju llum ghaldaqstant qabel ma tghaggel u tiddeskrivi training session bhala pastazata kien jaqbel li kieku ivverifikajt il-fatti man-nies kompetenti. Bhala rapprezentant lokali ta’ Givova (li ma ghandha l-ebda konnessjoni mal-kumpanija Tuttosport) ninforma lilek u gurnalisti ohra li jiena dejem disponibbli biex inwiegeb domandi jew naghmel kjarifiki kif mehtieg.

    [Reply]

  7. clive bonavia says:

    Sandro, just a small correction for correctness sake regarding the issue you mentioned above that Tuttosport have with Valletta. The errea kits used to be worn before the glorious 6 cups season. For the mentioned season the club had already started using Nike shirts. I know for sure because I have one at home which I treasure as a memento of that famous season. It was the white one with the black trimmed round neck, black numbers, with the Konica sponsor. As a second kit for that season we used to wear the red outfit with the white trimmings (see the famous photo of Gilbert & Lafi lifting the cup). Obviously I do not enter the merits of the money issue between the two. Thanks

    [Reply]

Leave a comment