Miscela D’oro Mtarfa u Mellieħa jieħdu l-ewwel rebħ

Tuesday, October 15, 2013, 19:05

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Miscela D’oro Mtarfa 82

Hibs 70
(21-8)(19-26)(21-9)(21-27)

Il-bidu tal-istaġun tat-tieni diviżjoni kien wieħed mill-isbaħ hekk kif fl-ewwel partita mis-St. James Hospital Shield Miscela D’oro Mtarfa u Hibs offrew partita ta’ 152 punt bl-Imtarfa joħorġu rebbieħa 82-70. Iż-żewġ timijiet ppreżentaw diversi żgħażagħ fit-team tagħhom b’uħud minnhom ikunu qed jagħmlu d-debutt assolut f’kategorija tal-kbar. Mtarfa bdew tajjeb bil-punti ta’ Daniel Farrugia u Timothy Zammit li kellhu trippla biex marru 9-2 minn fuq. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Ryan Carabott però Mtarfa għamlu break ta’ 9-1 minkejja li tilfu lil Jarnis Viibe b’injury. Wara basket ta’ Gabriel Agius għal Hibs, Mtarfa għalqu l-perjodu b’żewġ baskets ta’ Nicholas Grech għal skor ta’ 21-8. Hibs bdew aħjar fit-tieni sessjoni u għamlu l-ewwel sitt punti fosthom three pointer ta’ three pointer ta’ Kieron Caruna u punti ta’ Kurt Cassar. Mtarfa għamlu żewġ baskets però Hibs komplew bi break ta’ 12-1 b’Simon Attard jagħmel trippla u ġabu l-iskor indaqs 26-26. Mtarfa reġgħu marru minn fuq bi trippla ta’ Kurt Xuereb u oħra minn Zammit 33-29. Il-partita kompliet b’ritmu tajjeb u sal-intervall Mtarfa fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 40-34.

Fit-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin però Mtarfa bdew iżidu l-vantaġġ. Huma għamlu break ieħor ta’ 13-3 b’punti ta’ Farrugia u Darryl Schembri biex fetħu vantaġġ sabiħ ta’ 18 –il punt 61-43. Mtarfa komplew iżidu l-vantaġġ hekk kif bdew l-aħħar taqsima b’run oħra ta’ 8-2 u komplew bi trippla oħra ta’ Samuel Zammit. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Attard bi trippla oħra però reġa’ kien Timothy Zammit li kellhu three pointer għal Mtarfa. Fl-aħħar ħinijiet Hibs għamlu rimonta oħra b’diversi punti ta’ Ryan Carabott bil-partita tintemm bi trippla ta’ Alex Psaila għal Mtarfa li rebħu l-partita 82-70.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard, M. Agius 8, K. Xuereb 3, C. Calleja, A. Psaila 3, N. Grech 10, D. Farrugia 14, T. Zammit 13, S. Zammit 16, J. Viibe, M. Borg 4, D. Schembri 11.

Hibs: J. Sant, K. Cassar 13, D. Zammit, L. Farrugia 7, S. Atttard 21, M. Formosa, K. Caruana 9, K. Sultana 1, R. Carabott 15, G. Agius 4, M. Ciantar.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

Mellieħa Tritones 47

SN Suns  39
(11-18)(9-4)(9-9)(18-8)

Mellieħa Tritones għamlu rimonta fl-aħħar tlett minuti tal-partita biex ħadu l-ewwel rebħa fil-logħob tas-shield. Iż-żewġ timijiet kellhom xi players ġodda bħal Glenn Gauchi Grech, Rihards Polis u Clint Grixti għal Mellieħa u Adrian Pac, Lee Grech u Mark Ciantar għal Suns. Wara bidu kwiet, Suns bdew jibnu vantaġġ żgħir bil-punti ta’ Igor Marjanovic, Hubert Agius u Grech fost l-oħrajn. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Samuel Aquilina però baskets minn Grech u Marjanovic raw lil Suns jagħlqu s-sessjoni minn fuq 18-11. Mellieħa bdew it-tieni sessjoni bi trippla ta’ Gauchi Grech qabel ma Suns għamlu l-erba’ punti tagħhom f’din is-sessjoni minn Keith Scicluna. Fl-aħħar minuti saru biss sitt punti oħra minn Mellieħa biex fl-intervall Suns kienu għadhom basket minn fuq 22-20.

Mellieħa ġabu l-iskor indaqs fil-bidu tat-tielet sessjoni b’żewġ baskets minn Samuel Aquilina. Suns kellhom tlett baskets konsekuttivi tnejn minnhom minn Grech biex reġgħu marru minn fuq 31-24. Mellieħa għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Polis għal skor ta’ 29-31. Fl-aħħar sessjoni Suns żammew il-vantaġġ għal ħin twil grazzi għall-punti ta’ Scicluna u Simon Cauchi. Mellieħa wieġbu bi trippli ta’ Gauchi Grech però fis-sitt minuta Suns kienu għadhom 3 minn fuq 39-36. Hawn bdiet ir-rimonta ta’ Mellieħa fejn spikka Joshua Aquilina b’erba’ baskets konsekuttivi biex b’run ta’ 11-0 temmew il-partita minn fuq 47-39.

Mellieħa Tritones: J. Sant, O. Sammut, G. Gauchi Grech 11, J. Muscat 2, S. Aquilina 13, P. Magro, R. Polis 5, J. Aquilina 12, C. Grixti 4, K. Cucciardi.

SN Suns: A. Pace, S. Borg, K. Scicluna 10, L. Grech 8, H. Agius 4, M. Barberi 2, M. Ciantar, R. Mercieca, R. Camilleri 2, S. Cauchi 2, I. Marjanovic 11.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri





Leave a comment