Miscela D’Oro Mtarfa jissorprendu lil Mellieħa

Tuesday, January 7, 2014, 20:43

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Lightning Mondays 17

SN Suns 101

(5-22)(4-37)(0-15)(8-27)

Din il-partita għalqet is-sena 2013 u rat lis-Suns jitilgħu fit-tieni post tal-klasifika b’erba’ rebħiet minn erba’ partiti. Huma ma sabux diffikulta kontra Lightning Mondays minkejja li kellhom diversi players nieqsa bħal Lee Grech, Alex Bianchi u Igor Marjanovic. Wara li Suns għamlu l-ewwel sitt punti, wasal l-ewwel basket ta’ Mondays minn Matthew Caruana. Suns komplew b’erbatax –il punt ieħor  bil-baskets ta’ Reno Camilleri u Keith Scicluna fost l-oħrajn. Qabel intemmet is-sessjoni, Anthony Hatherly kellhu trippla għal Mondays biex Suns temmewha minn fuq 22-5. Fit-tieni perjodu Suns kellhom 22 punt mingħajr risposta fejn għalijhom kien hemm diversi punti minn Robert Mercieca u Hubert Agius. Stefano Borg kellhu trippla għas-Suns u wara li Daniel Caruana għamel it-tieni basket ta’ Mondays, Suns għalqu l-perjodu bi tlett baskets konsekuttivi minn Scicluna għal skor ta’ 59-9.

Fit-tielet sessjoni, Mondays ma rnexxielhomx isibu l-basket fil-waqt li Suns naqqsu xi ftit ir-ritmu għalkemm Agius kellhu 4 baskets konsekuttivi. Fl-aħħar taqsima Mondays irnexxielhom jagħmlu żewġ baskets wara xulxin wara break ta’ 8-0 minn Suns. Suns komplew jagħfsu u fl-aħħar attakk qabżu l-mitt punt b’basket minn Agius għal skor finali ta’ 101-17.

Lightning Mondays: T.Womack, D. Caruana 4, M. Caruana 4, D. Godwani 2, M. Cassar, C. Mifsud 2, A. Hatherly 5.

SN Suns: S. Borg 9, K. Scicluna 26, H. Agius 26, M. Barberi 3, R. Mercieca 25, R. Camilleri 10, S. Cauchi 2.

Referees: Emanuel Mangani, Svezdan Dobrosaviljevic

Miscela D’oro Mtarfa 57

Mellieħa Tritones 44

(10-9)(21-11)(14-16)(12-8)

Miscela D’oro Mtarfa kisbu rebħa verament sabiħa kontra Mellieħa 57-44 biex kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat u għal Mellieħa din kienet it-tielet telfa u daqqa ta’ ħarta fit-tamiet tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat. Mtarfa kellhom bidla fuq il-bank hekk kif Adrian Mifsud ħa post Joey Vella fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr Joshua Aquilina li kellhu raġuni validissima biex ikun nieqes hekk kif hu u s-sinjura tiegħu kellhom l-ewwel tarbija tagħhom. Kienu Mellieħa li ħadu l-ewwel vantaġġ iżda l-punti ġew bil-mod u fis-seba’ minuta kien hemm parita ta’ 6-6. Melleiħa reġgħu marru minn fuq iżda baskets ta’ Daniel Farrugiara lil Mtarfa jtemmu s-sessjoni 10-9 minn fuq. Mtarfa żiedu l-vantaġġ fit-tieni taqsima wara punti minn Nicholas Grech għalkemm kien hemm trippla minn Oliver Sammut għal Mellieħa. Mtarfa wieġbu b’run sabiħa ta’ 14-2 b’punti minn Samuel Zammit fosthom trippla u daħlu jisrieħu 31-20 minn fuq.

Wara l-intervall, ir-reazzjoni ta’ Mellieħa ma waslitx u Mtarfa kabbru l-vantaġġ 39-22 wara punti minn Darryl Schembri. Hawn Mellieħa finalment ġew f’tagħhom u għamlu break ta’ 11-0 bi trippla ta’ Rihards Polis u naqqsu d-distakk għal sitt punti 33-39. Mtarfa kellhom il-punti ta’ Timothy Zammit u temmew il-perjodu 45-36 minn fuq. Fir-raba’ taqsima, Mellieħa reġgħu naqqsu d-distakk bi tlett baskets konsekuttivi 42-48 però Mtarfa għamlu break ta’ 9-2 bil-freethrows ta’ Zammit u rebħu l-partita 57-44.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 2, A. Psaila, K. Xuereb 5, C. Calleja, N. Grech 3, D. Farrugia 8, T. Zammit 8, S. Zammit 10, J. Viibe 5, M. Borg 2, D. Schembri 14.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 8, M. Farrugia 2, J. Muscat 3, I. Cutajar, S. Aquilina 8, P. Magro, O. Sammut 5, R. Polis 14, K. Cucciardi 3.

Referees: Emanuel Mangani, Georgios Tsiakas

Phoenix The Chef Bistro 70

Hibs 90

(20-20)(16-14)(8-39)(26-17)

Hibs wettqu rimonta mill-aqwa fit-tielet perjodu biex għamlu d-double fuq Phoenix The Chef Bistro b’rebħa 90-70 u saħħew l-ewwel post tal-klassifika. Phoenix kienu mingħajr Antoine Costa fil-waqt li Jordan Scott kien nieqes għal Hibs. Kienu Phoenix li kellhom l-aħjar bidu fejn Goran Mitrovic u Jonathan Ransley bdew jikkombinaw tajjeb bejniethom u marru 12-6 minn fuq. Svens Niedritis għamel trippla għal Hibs iżda Phoenix reġgħu żiedu l-vantaġġ għal 5 punti 16-11. Hibs kellhom run ta’ 8-2 biex marru għall-ewwel darba minn fuq u wara punti fuq kull naħa s-sessjoni ntemmet f’parita 20-20. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Hibs għamlu żewġ baskets oħra iżda Phoenix kellhom run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Ransley u Mitrovic u marru 6 minn fuq 32-26. Niedritis kellhu trippla oħra għal Hibs u ħames punti oħra biex ġabu l-iskor indaqs 34-34 iżda basket ta’ Clayton Camenzuli ra lil Phoenix jidħlu jistrieħu 36-34 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti hekk kif Hibs għamlu run ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Simon Attard u żewġ baskets ta’ Ryan Carabott. Phoenix kellhom biss basket ieħor qabel ma Hibs komplew b’run oħra ta’ 13-0 bi trippla oħra ta’ Attard u temmew is-sessjoni 73-44 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Hibs żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Adrian Baldacchino 82-51. Phoenix ippruvaw jirkupraw u għaqqdu run ta’ 12-63 iżda Hibs wieġbu bis-sitt trippla ta’ Niedritis u aċċertaw ruħhom mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 90-70.

Phoenix The Chef Bistro: R.Jimenez, G. Micallef, D. Pisani 10, K. Azzopardi 2, L. Azzopardi 7, R. Curmi, C. Camenzuli 7, G. Mitrovic 24, C. Briffa 2, D. Debattista, J. Ransley 16, A. Toompere 2.

Hibs: S. Niedritis 45, K. Vella, A, Baldacchino 9, L. Farrugia 3, S. Atttard 20, G. Agius 5, K. Caruana 2, C. Bugeja, R. Carabott 6, K. Maruda, E. Lia.

Referees: Steve Gouder, Svezdan Dobrosaviljevic

Mellieħa Tritones 98

Lightning Mondays 16

(30-3)(18-3)(30-2)(20-8)

Mellieħa rkupraw mit-telfa li ħadu jumejn qabel kontra Mtarfa meta għelbu lil Lightning Mondays 98-16.  Kif mistenni Mellieħa bdew mal-ewwel fuq l-offensiva tant li fl-ewwel seba’ minuti kienu diġa għamlu 24 punt. Rihards Polis kellhu tlett trippli flimkien mal-baskets minn Samuel Aquilina u Michel Farrugia. Mondays kellhom il-punti ta’ Daniel Caruana u Matthew Caruana b’Mellieħa jagħmlu sitt punti bejniethom għal skor ta’ 30-3. Fit-tieni perjodu Glenn Gauchi Grech beda b’żewġ trippli għal Mellieħa li wara li sofrew basket minn Dinish Godwani komplew b’run oħra ta’ 10-0 biex daħlu jistrieħu 48-6 minn fuq.

Wara l-intervall assistejna għal monologu Mellieħi li għamlu 30 punt oħra. Huma kellhom diversi punti minn Joshua Aquiluna u Polis bi trippla flimkien ma’ three pointer ta’ Paul Magro. L-uniku basket ta’ Mondays ġie fl-aħħar attakk minn Luca Randazzo. Mondays kellhom fażi tajba fl-aħħar taqsima meta għamlu sitt punti mingħajr risposta iżda Mellieħa malajr wieġbu bi break ieħor qawwi ta’ 15-2 biex rebħu l-partita 98-16.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 14, M. Farrugia 6, J. Muscat, J. Sant, S. Aquilina 4, P. Magro 7, J. Aquilina 22, R. Polis 20, P. Cauchi 4, G. Gauchi Grech 13, K. Cucciardi 8.

Lightning Mondays: T. Womack, D. Caruana 7, L. Randazzo 2, M. Caruana 3, D. Godwani 2, M. Slim 2, C. Mifsud, A. Hatherly.

Referees: Stephen Micallef, Emanuel Mangani

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Hibs

6

5

1

11

Phoenix The Chef Bistro

6

3

3

9

Mellieħa Tritones

6

3

3

9

St. Nicholas Suns

4

4

0

8

Miscela D’Oro Mtarfa

6

2

4

8

Lighting Mondays

6

0

6

6





Leave a comment