Miscela D’Oro Mtarfa jeliminaw lill-holders

Tuesday, March 6, 2012, 22:38

minn Colin Schembri.

 

Bank of Valletta Knock Out – Tieni Diviżjoni

 

Qormi 64

Athleta 61

(13-10)(13-13)(11-15)(17-16)(10-7)

 

Mtarfa vs Starlites

Mtarfa vs Starlites

Qormi komplew bir-rebħ fuq Athleta meta għelbuhom ukoll fl-ewwel kwarti finali tal-Bank of Valletta knock out 64-61 wara l-ħin barrani. Qormi kellhom lil Clyaton Debono u Kyle Vella nieqsa u Athleta kienu mingħajr Tom Mifsud Bonnici u Daniel Cassar. Il-partita kellha bidu kwiet u f’nofs l-ewwel sessjoni Athleta kienu 6-4 minn fuq. Wara li huma kabbru l-vantaġġ għal 4 punti, Qormi kellhom sensiela ta’ freethrows f’run ta’ 7-0 biex temmew is-sessjoni 13-10 minn fuq. Qormi saħħew il-vantaġġ b’run oħra ta’ 8-0 fit-tieni perjodu b’Athleta jwieġbu bi trippla ta’ Chris Galea u punti ta’ Zak Borg pero’ fl-intervall Qormi baqgħu fuq quddiem 26-23.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni l-punti reġgħu xxuttaw tant li wara sitt minuti saru biss żewġ baskets fuq kull naħa. Wara li kien hemm 4 punti fuq kull naħa, Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-3 u temmewha 38-37 minn fuq. Athleta kabbru l-vantaġġ għal 7 punti 50-43 fl-aħħar sessjoni pero’ Qormi bdew iwieġbu permezz ta’ Stayan Kivshanov u Justin Gambin. Fl-aħħar 33 sekonda kien hemm partita 53-53. Qormi ħadu l-vantaġġ bi freethrow ta’ Darren Debattista pero’ foul ta’ Daniel Bugeja seta sewa qares għal Qormi meta kien għad fadal inqas minn sekonda għat-tmiem. Pero’ Martin Krastev għamel freethrow wieħed minn tnejn biex il-partita marret għal ħin barrani fuq skor ta’ 54-54. Hanw Athleta ħadu l-vantaġġ wara trippla ta’ Krastev u basket ta’ Galea pero’ minn hemm ‘l quddiem ġew biss il-punti minn Gambin għal Qormi li rebħu l-partita 64-61.

 

Qormi: C. Camenzuli 9, G. Micallef 4, E. Sant, K. Genovese 8, D. Debattista 6, S. Kivshanov 14, L. Bugelli, J. Gambin 17, D. Bugeja 6, S. Gauchi, E. Farrugia.

Athleta: H. Soufain, C. Galea 5, M. Krastev 24, M. Galea 2, M. Tong 6, Z. Borg 12, J. Chircop 12, M. Gauci Montalto 2, A. Azzopardi 2.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara.

 

Floriana YTC Travel 50

Bell Net SN Suns 59

(12-15)(16-17)(9-8)(13-19)

 

Floriana YTC Travel offrew sfida denja lil Bell Net SN Suns fit-tieni partita mill- Bank of Valletta knock out. Suns xorta rnexxielhom  jieħdu r-raba’ rebħa staġjonali fuq l-avversarji 50-57 minkejja li kienu mingħajr Adrian Pace, Daniel Agius u Simon Cauchi. Floriana kellhom lil Omar Shamala u Roderick Manicaro neqsin. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat b’David Garcia u Hubert Agius wieġbu lil xulxin fuq kull naħa bis-Suns punt minn fuq 9-8. Huma żiedu l-vantaġġ b’żewġ baskets oħra pero’ Floriana għamlu l-istess qabel ma basket ta’ Igor Marjanovic għalaq is-sessjoni 15-12 għal Suns. Fit-tieni perjodu Floriana ppareġjaw 19-19 wara trippla minn Garcia anke rnexxielhom imorru minn fuq sa nofs is-sessjoni 25-21. Hawn Suns għamlu run ta’ 11-2 biex fl-intervall kienu 4 minn fuq 32-28.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa ferm mil-punti b’Garcia jagħmel trippla oħra pero’ Suns żammew il-vantaġġ 40-37. Fl-aħħar perjodu Floriana reġgħu ġabu l-iskor indaqs 42-42 fil-bidu ta’ l-aħħar sessjoni wara trippla ta’ Neville Mercieca. Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin 47-48 fl-aħħar erba’ minuti. Hawn Suns għamlu break deċisiv ta’ 7-0 biex rebħu l-partita 57-50.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 21, N. Mercieca 5, R. Polis 7, A. Barthet 1, M. Gauchi, L. Pavia, R. Bezzina 10, S. Galea 6.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 4, R. Camilleri, H. Agius 16, M. Barberi 5, T. Grech 2, R. Mercieca 8, R. Camilleri 2, I. Marjanovic 22.

Referees: Steve Gouder, Brian Sly

 

Miscela D’Oro Mtarfa 57

Starlites 29

(11-5)(21-9)(14-5)(11-10)

 

Il-holders Starlites sofrew eleminazzjoni bikrija meta fil-kwarti tal-finali ġew eleminati minn Miscela D’Oro Mtarfa 57-29. Ir-rebħa ta’ Mtarfa għalkemm tista’ titqies bħala sorpriża, kienet meritata hekk kif kienu minn fuq sa’ mill-bidu tal-partita. Mtarfa kienu mingħajr Calvin Calleja u Florin Agius u Starlites irkupraw lil Donovan Deguara. Starlites għamlu l-ewwel basket tal-partita pero’ Mtarfa wieġbu b’run ta’ 6-0. Basket ta’ Francois Bartolo waqqfilhom dan il-break pero’ Mtarfa għamlu 5 punti oħra u temmew is-sessjoni 11-5 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Starlites bdew isibu diffikulta biex jinfdu d-difiża ta’ Mtarfa. Minn naħa l-oħra Mtarfa bdew iżidu l-vantaġġ tagħhom fosthom b’run inizzjali ta’ 12-0 mibdija bi trippla ta’ Joe Vella. Robert Bonnici għamel trippla għal Starlites pero’ Mtarfa wieġbu b’5 punti oħra qabel ma Alex Cutajar għamel żewġ baskets. Jarnis Viibe u Jeffrey Gatt għalqu s-sessjoni għal Mtarfa li daħlu jistrieħu 32-14 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni stennejna r-reazzjoni ta’ Starlites li pero’ ma waslitx għalkemm huma bdew bi tlett baskets ta’ l-aħwa Bonnici. Pero’ Mtarfa għamlu run oħra ta’ 12-0 biex żiedu l-vantaġġ 46-19 fi tmiem il-perjodu. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata għalkemm il-punteġġ kien baxx. Starlites għamlu l-ewwel ħames punti pero’ Mtarfa wieġbu bi trippla ta’ Sean Baldacchino. Huma baqgħu jikkontrollaw il-partita hekk kif Starlites ma taw l-ebda sinjal li jistgħu jirkupraw biex Mtarfa ħarġu rebbieħa 57-29.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 11, J. Attard, D. Schembri 7, J. Vella 4, J. Viibe 21, J. Gatt 12, D. Cini 2.

Starlites: R. Loporto 2, R. Bonnici 7, C.Doublet 2, S. Bonnici 4, A. Cutajar, D. Sultana 2, A. Schembri, D. Deguara, A. Cutajar 6, F. Bartolo 6.

Referees: Luke Camilleri Robert Darmanin

 

Mellieħa 43

Siġġiewi 68

(12-20)(9-20)(12-14)(10-14)

 

Siġġiewi saru r-raba’ team li waslu fis-semifinali tal-BOV Knock out meta għelbu lil Mellieħa 68-43. Iż-żewġ timijiet ma kellhom l-ebda nuqqas ta’ players hekk kif Siġġiewi rkupraw lil Clayton Agius u Matthew Shoults. Mellieħa bdew tajjeb bi trippla ta’ Oliver Sammut biex ħadu vantaġġ ta’ 8-3, Wara time-out ta’ Karl Borg, Siġġiewi rkupraw u għamlu run ta’ 15-2 b’żewġ trippli ta’ Shoults biex temmew is-sessjoni 20-12 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi komplew iżidu l-punti. Huma bdew b’run ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Shoults għal skor ta’ 31-14. Matthew Cauchi għamel basket għal Mellieħa b’Siġġiewi jwieġbu bi trippla ta’ Clayton Agius. Is-sessjoni għalqet b’erba’ punti fuq kull naħa biex fl-intervall Siġġiewi kienu 40-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu għalkemm Siġġiewi bdew b’run ta’ 10-0. Mellieħa wieġbu b’diversi baskets ta’ Graham Coleiro pero’ xorta kienu Siġġiewi li temmew is-sessjoni fuq quddiem 54-33. Fl-aħħar perjodu kienu Siġġiewi li bdew iżidu l-vantaġġ b’punti minn Agius u Petar Vulovic u fil-ħames minuta kienu 62-37 minn fuq. Sa’ tmiem il-partita kien hemm spazju għal diversi sostituzzjonijiet miż-żewġ coaches bis-Siġġiewi ċerti mir-riżultat u joħorġu rebbieħa 68-43.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 4, M. Borg Anastasi 2, J. Muscat 4, A. Mehmedov, R. Abela 2,  O. Sammut 10, J. Aquilina 4, M. Camilleri, G. Coleiro 15, P. Cauchi 2.

Siġġiewi: P. Vulovic 15, JP Antoncic 4, C. Agius 15, M. Shoults 17, L. Grech 9, A. Borg, N. Falzon 3, A. Debattista 2, E. Vella, A. Shoults 1, G. Agius, K. Farrugia 2.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 





Leave a comment