Miscela D’Oro Mtarfa ikomplu jissorprendu u jaslu sal-finali kontra Siġġiewi

Thursday, March 22, 2012, 9:46

minn Colin Schembri.

Bank of Valletta Knock Out – Tieni Diviżjoni

 

Miscela D’Oro Mtarfa 68

Bell Net SN Suns 55

(13-24)(19-10)(17-7)(19-14)

 

Qormi vs Siggiewi

Qormi vs Siggiewi

Miscela D’Oro Mtarfa kellhom riżultat ieħor prestiġjuż kontra Bell Net SN Suns meta fl-ewwel semifinali tal-Bank of Valletta knock out għelbuhom 68-55. Iż-żewġ timijiet kellhom l-istess formazzjoni ta’ l-aħħar partiti. Suns kellhom bidu tajjeb tant li fis-sitt minuta kienu 10 minn fuq 15-5. Huma komplew iżidu d-distakk b’punti minn Igor Marjanovic u Keith Scicluna u temmew il-perjodu 24-13 minn fuq. Mtarfa ġew lura fit-tieni sessjoni fejn bdew b’run ta’ 11-1 bi trippla ta’ Sean Baldacchino biex waslu punt il-bogħod 24-25. Trevor Grech għamel basket għal Suns pero’ Mtarfa komplew jagħfsu u b’run oħra ta’ 8-2 bil-punti ta’ Darryl Schembri ħadu l-vantaġġ 32-29. Qabel l-intervall kien hemm il-freethrows ta’ Suns minn Hubert Agius biex daħlu jistrieħu 34-32 minn fuq.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni tkeċċa Jarnis Viibe ta’ Mtarfa pero dan ma żammhomx milli jerġgħu jieħdu l-vantaġġ b’run oħra ta’ 10-1. Il-perjodu għalaq bi trippla ta’ Joe Vella għal Mtarfa għal skor ta’ 49-41. Fl-aħħar sessjoni Suns ippruvaw jirkupraw u wara trippla u basket ta’ Grech waslu sa’ 4 punti minn taħt 50-54. Mtarfa żiedu d-distakk b’ħames punti oħra u komplew jinqatgħu mill-avversarji. Ir-risposta ta’ Suns ġiet biss mil-freethrows ta’ Scicluna biex Mtarfa rebħu l-partita 68-55.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 19, J. Attard 7, J. Gatt, D. Schembri 9, J. Vella 6, A. Psaila, J. Viibe 4, J. Gatt 23.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 21, R. Camilleri, D. Agius, H. Agius 8, M. Barberi 6, T. Grech 7, R. Mercieca 1, R. Camilleri, I. Marjanovic 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Qormi 46

Siġġiewi 72

(13-22)(6-12)(12-18)(15-20)

 

Siġġiewi ingħaqdu ma’ Mtarfa fil-finali tal-BOV knock out li se tintlagħab il-Ħadd 1 t’April meta għelbu lil Qormi 72-46. Siġġiewi li ġimgħa ilu ċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat propju kontra Qormi kellhom ftuħ tajjeb fil-partita tant li wara sitt minuti kienu 16-2 minn fuq. Lejn tmiem il-perjodu Qormi naqqsu xi ftit id-distakk pero’ Siġġiewi kienu għadhom 9 minn fuq 22-13. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi fetħu b’basket ta’ Clayton Agius segwit minn sitt punti konsekuttivi ta’ Qormi. Pero’ Siġġiewi għamlu break ta’ 10-0 biex daħlu jistrieħu 34-19 minn fuq.

It-tielet perjodu kien iktar missielet pero’ Siġġiewi dejjem baqgħu fil-kontroll speċjalment wara break ta’ 12-1 bi trippli minn Petar Vulovic u Matthew Shoults. Darren Debattista u Justin Gambin wieġbu għal Qormi bis-sessjoni tintemm bis- Siġġiewi fuq quddiem 52-31. Vulovic fetaħ l-aħħar sessjoni bi trippla oħra bis- Siġġiewi jkomplu b’run ta’ 11-2 biex fetħu distakk ta’ 30 punt 68-38. Fil-ħin li kien għad fadal kien hemm spazju għal break qasir ta’ 6-0 minn Qormi u ħin għall-players ta’ fuq il-bank ta’ Siġġiewi. Kull player tagħhom niżżel fost l-iskorers fi skor finali ta’ 72-46.

 

Qormi: C. Camenzuli 4, G. Micallef 4, K. Genovese 5, D. Debattista 8, C. Debono 9, S. Kivshanov 3, L. Bugelli, J. Gambin 11, D. Bugeja 2, E. Sant, E. Farrugia.

Siġġiewi: P. Vulovic 24, JP Antoncic 9, C. Agius 4, M. Shoults 8, L. Grech 8, A. Borg 2, N. Falzon 3, E. Vella 1, A. Debattista 2, A. Shoults 7, G. Agius 2, K. Farrugia 2.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

 

 

 





6 Comments

  1. Luxol Fan says:

    Apparently Karl Borg is up for the coach and player of the year awards. Maybe they should also award him Mr Personality. Honestly when you see the characters on the second division team of Siggiewi, you must wonder what planet they are from, definitely not earth. The only normal person on that team is their foreigner. If many more players similar to Anthony and Matthew Shoults start the game, maybe the MBA could consider starting an Overweight & Midget League.

    [Reply]

    Siggiewi Fan Reply:

    Luxol fan mhux ahjar toqghod tiehu pjacir tilghab kontra Starlites u Suns fil-placing pool minflok fil-playoffs!!!! Tajba eh…Luxol fan gie jikteb f’artiklu ta 2nd Division….eh dazgur ghax issa Luxol qed jilghabu kontra t-timjiet tas-second hahahaha. Hu gost luxol fan eh u ftakar li qed tilghabu fis-second division ghal-lasta!!! ara Karl Borg, u s-shoults rebhu l-league, is-shield u 90% jirbhu in-knock out!!!

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Patetic luxol fan…..

    [Reply]

    karl borg Reply:

    Can some one here show their names……jew daqshekk tiddejqu tghidlu lil dak li ghandkom tghidu b’isimkom.. .Jien ma ghandi xejn kontra Luxol, imma eejja ma ndahqux please…. Siggiewi second ghandhom players u foreigner tajjeb…….heq nitkelmu fuq is-second division tinsiex li Siggiewi – Luxol fil first division b hames ti players u bija , li jien ohxon, u 35 sena rbahnilkom b’35pts ,,,,so shut up u nerggha nghidlek uri ismek

    [Reply]

  2. Karl Borg says:

    Just biex nghid lil players tiegh prosit imma please do not under estimate any one…. Depiro are playing well …u jistaw jirbhu. Its a 50 – 50 . Game,,,, Nahseb issa min qal hafna kliem fil-vojt qed jara bic-car li trit tkun tim biex tirbah….. u jien nhossni parti kbira min dat-tim…. Its our thirs final………… ( miniex qed nghid li ha nirbhuwa, ) Grazzi lil players u lil familji kolla taghna tas-sagrificju

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Amen :) …. Will be a nice game !!!

    [Reply]

Leave a comment