Mira għall-Istrina – 7 u 8 ta’ Diċembru 2013

Saturday, November 30, 2013, 12:32
 Il-Federazzjoni Maltija Għall-Isports Tal-Isparar b’kollaborazzjoni mal-Community Chest Fund  organizzaw konferenza stampa sabiex iniehdu l-programm tal-avveniment MIRA GHALL-ISTRINA 2013.
Dan l-avveniment ser isir sabiex jinġabru fondi għall-Istrina 2013.
Il-kumitat organizzattiv ħabbar li ser jinġieb Malta, Renato Lamera, tiratur ta’ fama Mondjali li ser jagħti Dynamic Shooting Display lill-publikku Malti l-Hadd 8ta’ Dicembru.
Il-programm jinkludi zjara gewwa r-ranges tal-Federazzjoni Maltija mill-President ta’ Malta George Abela s-sibt 7ta’ Dicembru 11.30am.
Is-sibt 7 ta’ Dicembru ser isir sparar Dritta u American Trap gewwa r-ranges ta’ Hal-Qormi, Sporting gewwa Hal-Far u Trap, Skeet, Double Trap u Air Weapons gewwa l-Bidnija.
Il-Hadd 8 ta’ Dicembru ser isir sparar Dritta u American Trap Hal-Qormi, Sporting gewwa Hal-Far , Skeet,Trap, Double Trap u Air Weapons il-Bidnija.
Il-qofol tal-avveniment jintlahaq il-hadd 8ta’ Dicembru 1.00pm fejn nassistu ghal Barrage finali tad-double Trap fejn ser jingiebu Malta Nico Bezzoni u Antonio Barilla sabiex jikkompetu mat-tiraturi Maltin William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb fost ohrajn.
Ghal habta tas-2.00pm mistennija tinghata esebizzjoni unika f’Malta li hadd ma ghandu jitlifa mit-tiratur ta’ fama Mondjali Renato Lamera.
Il-pubbliku Malti huwa mistieden ghal dan l-avveniment u jagħti donazzjoni ghall-istrina 2013 fejn ser ikollu l-opportunita li jipprova l-isports tal-isparar taht is-supervizjoni tar-range conducting officers tal-federazzjoni.
Il-Federazzjioni Maltija Ghall-Isports tal-Isparar tixtieq tirringrazzja l-isponsors ewlenin Field Sports u Benelli li gabu lil Renato Lamera ghal ghan daqstant nobbli sabiex jingabru fondi ghall-istrina 2013.




2 Comments

  1. joseph says:

    fejn se jghamel l-esebizzjoni renato lamera hal-far jew il-bidnija.grazzi

    [Reply]

    layn Reply:

    Bidnija

    [Reply]

Leave a comment