Mira Għall-Istrina 2015

Wednesday, December 23, 2015, 11:33

Gavin Muscat

Il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca illum żaret il-faċilitajiet tal-Federazzjoni Maltija Għall-Isports tal-Isparar ġewwa l-Bidnija fejn kien iċ-ċentru tal-organizzazzjoni tal-edizzjoni ta’ Mira Għall-Istrina 2015.

Dan l-avveniment sar b’kollaborazzjoni bejn l-MSSF, l-FKNK u bosta ranges oħra tad-dixxiplini diversi tal-isports tal-isparar sabiex jinġabru fondi b’risq il-kampanja solidarjeta’ b’isports tal-Community Chest Fund.

Ir-rebbieħa ta’ kull dixxiplina fl-Air Rifle, Air Pistol, Double Trap, Trap, Skeet, Dritta u Sporting se jingħataw ċertifikat tal-okkażjoni mill-uffiċju tal-President fi preżentazzjoni li ssir aktar il-quddiem.

Il-President tiltaqa' mal-organizzaturi tal-avveniment

 





Leave a comment