- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mira għall-Istrina 2013

Posted By Sportinmalta On December 9, 2013 @ 11:01 am In Featured,Shooting | No Comments

L-avveniment organizzat mill-Federazzjoni Maltija Għall-Isports tal-Isparar b’kollaborazzjoni mal-Community Chest Fund, Mira Għall-Istrina laħaq il-qofol tiegħu llum fejn bosta tiraturi minn kull dixxiplina ta’ sparar taw sehemhom għal karita.
Ġewwa r-ranges ta’ Ħal Qormi sar sparar Dritta fejn Fl-ewwel post ġew Jimmy Camilleri u Brian Grech fl-American Trap.
Fis-Southern Shooting Club ġie organizzat sparar Sporting fejn ġie l-ewwel Noel Scicluna.
Fir-ranges tal-Federazzjoni ġewwa l-Bidnija sar sparar Skeet fejn ġie l-ewwel Bozidar Dimitrov.
Fit-Trap ġie l-ewwel Brian Galea. Air Rifle Gianluca Azzoppardi Spiteri u Air Pistol Eleonor Bezzina.
Il-qofol intlaħaq b’semi finali u medal Match fid-Double Trap fejn William Chetcuti ġie l-ewwel post, Nathan Lee Xuereb ġie fit-tieni Post u Antonio Barilla fit-tielet post.
Renato Lamera ta show spettakolari uniku għal Malta fejn il-pubbliku ikkonkorra bi ħġaru ġewwa r-ranges tal-Bidnija. Dan l-ispettaklu seta’  jsir grazzi ghall-isponsors: Field sport, Benelli, Renato Lamera , FITAV, Green Supplies, Bestprint, Arnold Audio System, Jason Sciberras, Dolmen Hotel ,Qormi Shooters, Commisioner of Police, Gino ta’ Hal Qormi u l-kumitat organizzattiv.

Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mira-ghall-istrina-2013/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.