Mira għall-Istrina 2013
Monday, December 9, 2013, 11:01
Ġewwa r-ranges ta’ Ħal Qormi sar sparar Dritta fejn Fl-ewwel post ġew Jimmy Camilleri u Brian Grech fl-American Trap.
Fis-Southern Shooting Club ġie organizzat sparar Sporting fejn ġie l-ewwel Noel Scicluna.
Fir-ranges tal-Federazzjoni ġewwa l-Bidnija sar sparar Skeet fejn ġie l-ewwel Bozidar Dimitrov.
Fit-Trap ġie l-ewwel Brian Galea. Air Rifle Gianluca Azzoppardi Spiteri u Air Pistol Eleonor Bezzina.
Il-qofol intlaħaq b’semi finali u medal Match fid-Double Trap fejn William Chetcuti ġie l-ewwel post, Nathan Lee Xuereb ġie fit-tieni Post u Antonio Barilla fit-tielet post.
Renato Lamera ta show spettakolari uniku għal Malta fejn il-pubbliku ikkonkorra bi ħġaru ġewwa r-ranges tal-Bidnija. Dan l-ispettaklu seta’ jsir grazzi ghall-isponsors: Field sport, Benelli, Renato Lamera , FITAV, Green Supplies, Bestprint, Arnold Audio System, Jason Sciberras, Dolmen Hotel ,Qormi Shooters, Commisioner of Police, Gino ta’ Hal Qormi u l-kumitat organizzattiv.
