Minn Wicked Valletta sa Ukrainian Spirit

Tuesday, May 25, 2010, 19:13

minn Wilfred Sultana

‘Ukrainian Spirit’ tisfida biex tieħu t-tmexxija tal-flotta fil-Yalta Grand Prix of the Sea!

‘Ukrainian Spirit’ tisfida biex tieħu t-tmexxija tal-flotta fil-Yalta Grand Prix of the Sea!

L-istorja Chaudron fil-P1 din is-sena taghlaq seba’ snin – kien bidu modest fl-2004 filwaqt li kemm bħala bennejja tad-dgħajsa, kif ukoll bhala l-ekwipaġġ, il-familja Ciantar osservaw, integraw u skoprew. “Wicked Valletta” kienet l-ewwel dgħajsa taghhom fil-kategorija SuperSport tal-Kampjonat Powerboats P1. Ghall-bidu Chaudron Powerboats fuq 10-metre Chaudron 33 waqfet milli tkun fuq il-podju tar-rebbieħa, izda l-parteċipazzjoni tagħhom kienet qed tkun segwita, studjata u valutata biex, eventwalment fl-istaġun 2007 sar avvanz sinifikanti – It-Taljan fanatku tat-tigrijiet tad-dghajjes, Angelo Tedeschi, imlaqqam “Il-President” ikkummissjonat il-bennejja tad-dgħajsa lokali biex jibnu dghajsa ta’ 13-il metru għall-istaġun 2007.  Barra minn hekk is-sid Taljan insista li Aaron  jingħaqad miegħu bħala sewwieq, offerta kruċjali, fejn l-unika dispjaċir kien biss l-abbandunar ta’ l-iskwadra bejn l-ahwa. Madankollu l-peżenza ta’ Audrienne Ciantar fuq iċ-ċirkwit P1 ma kienitx ser tiġi terminata iżda temporanjament sospiza.

Wieħed għandu rimarka li l-kampjonat 2005 kien esperjenza ta’ sodisfazzjon ghall-parteċipanti Maltin ghaliex “46 ESI Chaudron” kisbet it-tielet post ġenerali fis-SuperSport, kampjonat ikkontestat minn seba’ dgħajjes. Barra minn hekk, il-lokali rebħu tnejn mis-sitt Premjijiet Personalità, jiġifieri, ta’ Sportsperson of the Season, li rebaħ Charles Ciantar, u  r-Rookie of the Year li mar ghand Aaron. Fl-2006 Aaron u Audrienne, ġrew bl-impressjonanti ‘The Casino at Portomaso’ id-dgħajsa safra ta’ 10-metri.

Din is-sħubija Taljana-Maltija kienet suċċess kbir – id-dghajsa mibnija minn Chaudron bl-isem ta’ “Roscioli Hotels Roma” rebħet il-kategorija SuperSport għall-istaġuni 2007 u 2008.  Dan ir-rizultat  kompetittiv saħħah aktar il-pożizzjoni tad-ditta Maltija fix-xena internazzjonali li wassal lid-delettant kbir tal-powerboats Ukrain, Victor Shemchuk, biex  javviċina lill-Chaudron bi proposta kommercjali -  hu lest jordna Powerboat Chaudron biex jikkontesta l-Mondjali P1 bil-kondizzjoni li Aaron jingħaqad mat-tim Ukrain tiegħu bħala sewwieq.

Shemchuk eventwalment ordna d-dghajsa Chaudron ta’ 13-il metru bil-ftehim li Aaron flimkien ma’ Angelo Tedeschi,  il-koppja rebbieha tal-istaguni 2007 u 2008, jissieħbu u jsuqu għat-tim Ukraina. Fl-arranġament miftiehem, is-sid, Victor Shemchuk, kellu jkun n-navigatur tat-tim, funzjoni li, f’xi okkażjonijiet, huwa jgħaddi lir-raba’ membru tat-tim Oleksiy Chendekov.

L-iskema ta’ negozju-sportiva ta’ Victor Shemchuk tat il-frott ghax dan it-tim rebbieħ saqu “Seagull Chaudron” biex rebħu  Kampjonat SuperSport 2009, ferm kombattiv fejn jigu  stabbiliti rekords unici fil-proċess – Shemchuk sar l-ewwel Ukraijin li rebaħ kampjonat P1 fuq l-ewwel tentattiv tiegħu; Tedeschi għamel hat-trick ta’ tlett Kampjonati  konsekuttivi; Aaron Ciantar, bħala sewwieq, għamilha doppja b’rebhiet konsekuttivi 2008 2009; u d-ditta Chaudron bhala kostrutturi tad-dghajjes għamlet hat-trick straordinarju ta’ rebh, kredenzjali prestiġjużi li jirriflettu r-rispett u l-kredibbiltà li d-ditta Maltija tgawdi anke f’livell internazzjonali.

L-Staġun 2009 ra ukoll l-ewwel tim kollu femminili fuq iċ-ċirkwit P1. Dan kien magħmul minn Shelley Jory (sewwieq) u Audrienne Ciantar (throttler). Il-tim tan-nisa saqu c-Chaudron ta’ Tedeschi rebbieha tal-Kampjonat 2007, taht l-isem ġdid ta’ “Iko Casa”  li spiccaw fil-ħames post tal-klassifika generali.

Sa mill-ewwel dehra taghhom fil-Kampjonat Dinji P1 fl-2004 Chaudron kellhom fix-xena hames dgħajjes differenti fuq iċ-ċirkwit – L-ewwel waħda kienet “Wicked Valletta”,  dghajsa ta’ 10-metri (33ft) b’zewg outboards ta’ 250hp il-wahda, imbagħad ohra ta’ 10-metri  b’zewg inboards ta’ 500hp, t-tielet kienet wahda ta’ 13-il metru (41ft) b’zewg inboards ta’ 525hp, imbagħad giet ohra ta’ 13-il metru  b’zewg magni inboard ta’ 570hp u dik attwali ‘Ukrainian Spirit’, ta’ 13-il metru b’zewg magni inboard ta’ 750hp. L-ewwel erba’ dgħajjes ġrew fil-Klassi SuperSport filwaqt li dik kurrenti qed tesperjenza l-Klassi Evolution.

L-istaġun 2010 P1 jippreżenta avventuri ġodda ibsin izda li huma mzejna bl-esperjenza u s-suċċess, l-isħubija Ukraina-Maltija ta’ “sid / kostruttur / ekwipaġġ”, qed tiffaċċja l-isfidi tal-mument b’kunfidenza u determinazzjoni: ‘Ukrainian Spirit’,  dgħajsa ġdida oħra Chaudron, bl-ekwipaġġ Ukraini-Malti (Victor Shemchuk u Aaron Ciantar), u bi sfida nnovattiva li jikkompetu fil- Klassi Evolution – f’sena li ghandhom iħarsu ‘l quddiem wkoll!

Madankollu fis-7-8 ta’ Mejju, l-ewwel harga ta’ l-istaġun P1 fil- Yalta Grand Prix of the Sea, wara ftit mumenti ta’ eccitament faqqghet l-isfortuna!

“Bdejna s-seba’, iżda mar-raba’ dawra konna fuq quddiem tal-flotta, pożizzjoni li  żammejna għal ħames dawriet. Imbagħad nofs dawra qabel il-linja finali l-magni splodew” irrakonta Aaron Ciantar.

Tassew diżappunt kbir li jkollok tiffaccja problemi ripetittivi – apparentament tliet magni splodew fuq numru ta’ ġranet – fl-ewwel opportunità vera ta’ prova ibza minn dgħajsa ġdida. Madankollu il-problema ġiet identifikata u rriferuta lill-manifatturi tal-magni fejn ġie rikonoxxut bħala ‘problema tal-fabbrika’.  Bħala riżultat ta’ dan ‘Ukrainian Spirit’ se jkollha magni ġodda ta’ ditta differenti għat-tlielaq li jmiss.

Irrispettivament mill-falliment gewwa Yalta t-tim Ukraini-Malti ghadu kunfidenti li ‘Ukrainian Spirit’ se thalli l- marka tagħha fuq l-Kampjonat 2010 tal-Klassi Evolution?

“Ta’ bilhaqq, kemm Victor u jien nemmu li għandna dgħajsa qawwija u jekk kollox imur kif ippjanat għandu jkollha staġun li jrendi. Yalta kienet l-ewwel esperjenza tagħna fl-Kampjonat Klassi Evolution u ħlief għall-problema tal-magni kien riżultat pożittiv li ħalla impressjoni tajba zgur ukoll rikonoxxut mis-sewwieqa kollha l-oħra”, iddikjara Aaron.

Imma minbarra t-tinda magħluqa x’ghandhom l-Klassijiet Evolution u SuperSport differenti?

“Il-Qawwa – fil-klassi Evolution m’hemm l-ebda limitu fuq il-veloċità, ovvjament jirrizulta fi tlielaq ferm aktar veloci b’aktar gost”, irrimarka Aaron, is-sewwieq Malti u kostruttur tad-dghajjes.

U hekk il-leggenda Chaudron fit-tlielaq mondjali tal-klassi Powerboat tibqa ghaddeja tgħix esperjenzi ġodda, tiffaċċja sfidi ġodda li, kif wera sew il-passat, jistgħu faċilment jissarfu f’opportunitajiet.





Leave a comment