Mini Car demolition nhar il-Ħadd

Wednesday, March 24, 2010, 9:01

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Marzu, l-ASM se torganizza t-tieni attivita` specjali ta’ l- istaġun fil-korsa tal-ASM f’Ta’ Qali. Din l-attivita` ta’ nhar il-Ħadd se tkun mimlija Fun Races għajr għat-tiġrijiet tal-Motocross li se jkunu parti mill-Kampjonati ASM-Ashika-Poiatti.

Il-programm ta’ nhar il-Ħadd se jibda kmieni ħafna għad-dilettanti tat-tiġrijiet tal-vetturi ‘4×4’. Dan il-grupp bil-vetturi ‘4×4’ Offroad sa jagħmlu tiġrijiet stil Rally fil-korsa tal-ASM u se jsiru bejn it-8.00am u 10.00am.

Għall-ħabta tal-10.00am mistennija jibdew it-tiġrijiet għad-drivers u Helpers irġiel u nisa’ fuq il-karozzi Autocross u Bangers waqt li l-Muturi tal-Motocross 125 u 250cc sa jagħmlu l-Ħames tiġrija tal-Kampjonat. Din se tkun l-ewwel tiġrija wara dik tal-Motocross li saret fil-korsa ta’ Għawdex fin-Nadur fi Frar li għadda.

It-tiġrijiet tal-Autocross Drivers mistennija jsiru fuq stil differenti minn dak tas-soltu waqt li t-tiġrijiet Autocross Helpers irġiel u nisa’ ħa jsiru bħal ma jsiru t-tiġrijiet Autocross tal-Kampjonat ASM u bl-istess regoli tad-drivers tal-kampjonat.

Il-karozzi tal-Bangers tal-kampjonat jinsaqu fuq il-korsa tal-Autocross u din issir non-contact race ukoll. Il-Helpers tal-Bangers isuqu fuq il-korsa ovali li tinsab fiċ-ċentru tal-lokalita`.

F’din l-attivita` li ssir għal ħabta ta’ żmien il-Għid ta’ kull sena, ma tistax tonqos il-parteċipazzjoni tal-Muturi tal-Motocross. Dawn ir-riders li huma fi klassi A u klassi B, għalkemm  isuqu għal Tliet Heats fi grupp wieħed, xorta jieħdu l-punti skond il-klassi partikolari li jikkompetu fiha. Ta’ min isemmi li għal dawn it-tiġrijiet Motocross qed jiġu wkoll ftit riders Għawdxin u li huma kompetittivi ħafna wkoll fil-klassi ‘B’. Dan jawgura tajjeb għal futur ta’ dawn il-Motocross riders ukoll.

It-Tiġrija Speċjali ta’ nhar il-Ħadd se tkun it-Tiġrija Car Demolition tal-Karozzi taħt l-4.00metri (13-il pied). Din se tkun it-tieni waħda ta’ dan l-istaġun u li ssir proprju f’dan iż-żmien tas-sena. Madwar 30 karozza mistennija jieħdu sehem f’din id-Demolition Derby li mistennija tibda għal ħabta tal-4.30pm. Ma jonqosx l-entużjażmu ta’ dawn il-kompetituri li jżejnu l-karozzi b’kuluri u disinni li jixirqu lil dak li jirbaħ din it-tiġrija prezzjuża. Dawn il-karozzi jiġu ċċekkjati għal raġuni ta’ sigurta` tas-sewwieq qabel it-tiġrija fost miżuri oħra li l-Uffiċjali tal-ASM jieħdu bħala prekawzjoni.

Nhar is-Sibt 27 ta’ Marzu, il-Korsa tal-ASM f’Ta Qali tkun miftuħa fil-għodu għal taħrig tal-muturi u wara nofsinhar, għal taħrig tal-karozzi Drivers u Helpers tal-Autocross u Bangers. Id-dħul għal waqt it-taħrig huwa bla ħlas.

Il-Programm tal-Ħadd 28 ta’ Marzu jibda fit-8.00am bil-‘4×4’ Buggies u mill-10 ta’ filgħodu jibdew l-Autocross, Bangers, Motocross u d-Demolition Derby issir għal ħabta tal-4.30pm.





Leave a comment