Mini Car Demolition bil-lejl nhar is-Sibt li ġej

Wednesday, July 8, 2020, 12:37

L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa terġa’ tibda bl-attivitajiet tal-karozzi u l-muturi bit-tkomplija tal-kampjonat 2019/2020. Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-Amministrazzjoni ħadet diversi deċizzjonijiet biex kemm jista jkun jingħalqu l-kampjonati kollha Nazzjonali iżda dan ma kienx possibbli minħabba l-epidemija li ħakmet il-Malta.

Minkejja dan tmiem din il-ġimgħa sa tkun waħda mpenjattiva. Nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju se tiġi organizzata il-Ħames attività mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross bl-attività tibda 4:00pm u fis-7.00pm sa tkompli bit-tmien attività mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. Din is-serata tagħlaq tard bil-lejl fejn għal xi 10:00pm sa tibda d-Demolition Derby tal-Karozzi Zgħar 2020.

Għal din l-edizzjoni hemm 42 karozza rreġistrati u wieħed għad irid jara kemm ser jkunu li se jaslu fuq l-iStarting Line wara l-ispezzjonijiet li jsiru fil-ġurnata ta’ qabel.

Il-Kumitat Ezekuttiv xorta ħa ħsieb jieħu numru ta’ mizuri biex jitnaqqsu l-follol fil-kumpless. Minkejja li hemm ħafna kobor fil-kumpless xorta waħda ħadna l-mizuri kif isiru l-attivitajiet. Wieħed jista jinnotta li kull sezzjoni għanda ħin biex in-numru ta’ spettaturi ma jkunx wieħed kbir ħafna. Fl-istess ħin il-Kumitat xorta jirrakomanda li wieħed inzomm id-distanza soċjali u l-uzu tal-maskli.

Intant nhar It-Tnejn 29 ta’ Ġunju saret l-aħħar attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro fejn fil-Klassi A rajna lil Bernard Sammut fuq mutur Beta jkompli jiddomina tant li rnexielu jirbaħ il-klassi kif ukoll il-ġurnata overall b’ħin ta’ 8 minuti 29.76 sekondi. Sammut kien segwit minn Aidan Camilleri fuq mutur Husqvarna b’ħin ta’ 8 minuti 49.42 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Ian Scicluna fuq KTM b’ħin ta’ 9 minuti 7.96 sekondi.

Matul il-ġurnata rajna wkoll lill Krist Falzon fuq mutur Husqvarna jirbaħ il-Klassi B b’ħin ta’ 9 minuti 38.88 sekondi segwit minn Kyle Stone fuq KTM b’ħin ta’ 9 minuti 40.95 sekondi. Fil-klassi C Mario Gatt fuq mutur Honda rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 11 il-minuta 14.15 sekondi segwit minn Godwin Gauci fuq Beta b’ħin ta’ 17 il-minuta u 23 sekonda. Mill-Klassi Juniors rajna lill Julian Scicluna fuq mutur Beta jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 10 minuti 38.63 sekondi segwit minn Antonie Muscat fuq mutur KTM b’ħin ta’ 11 il-minuta 14.53 sekondi.

L-ASMKmistennija tkompli l-attivitajiet fil-għaxija sa tard bil-lejl fejn wara nhar is-Sibt li ġej ser tkompli bil-kampjonat Nazzjonali tal-Muturi u Karozzi fil-25 ta’ Lulju 2020.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt

Ritratti ta’ Mario Micallef





Leave a comment