Min se jwaqqa` l-punti se jibki

Saturday, March 6, 2010, 10:58

minn Josef Galdes
 
Illum fl-Istadium Nazzjonali Ta` Qali jitkompla l- kampjonat Premier. Fl-ewwel partita naraw zewg irhula li ghandhom komuni l-kulur isfar jilghabu kontra xulxin Birkirkara u Qormi. Qormi ghandhom diversi players li huma ex Valletta. Tghid Massimo Grima, Stefan Gilio u l- bella kumpanija ser iwaqqfu s-serie pozittiva tal-banda Trevor Cilia, Jorge Mora and Co ? Li hu zgur li ser naraw partita interessanti fejn personalment nahseb li l-publiku sportiv Malti ser jattendi bi hgaru Ta` Qali. Qed nistenna partita tattika miz-zewg coaches Zammit u Zerafa rispettivament. Nahseb li jekk ikun hemm team rebbieh ikun b`differenza minima li ma neskludix il-fatt li jkun xi set piece.
 
Fil-loghba ta` wara li tibda ghal habta ta` 4pm ic-Champions Hibernians jilqghu lil Valletta partita li tlaqqa lil pagun kontra l-iljun, zewg timijiet li ghandhom komuni il-kulur abjad. Valletta jridu jpattuha lil Hibs ghal dak li gara l-istagun li ghadda. Min-naha l-ohra Valletta ser ikollhom vantagg minhabba li ser ikunu jafu r-rizultat ta` Birkirkara. Nemmen li l-iljun Belti ser iqum ghall-okkazzjoni u jiehu 3 punti.
Din il- gurnata fl-opinjoni tieghi ser tiddermina fejn ser imur il- kampjonat dan l-istagun. Iktar u iktar jekk xi hadd bejn l-iljun jew it-tigra iwaqqghu l- punti u l-ohrajn japprofittaw. Apparti ir-rizultat ser ikun fundamentali ukoll il- prestazzjoni ghal kumplament tal-istagun.
 
Nawguraw li z-zewg partiti jintlaghbu fi spirtu sportiv u naraw football sabih, b`attendenza numeruza. Il-partita se tixxandar ukoll fuq Melita Sports.





1 Comment

  1. victor ciangura says:

    Sur Galdes,
    Tibqax ddahhakk in-nies bik. Jien ma nafx kif is sidien tal website giethom l-idea genjali li jhalluk tharbex zewg kelmiet hawn.

    [Reply]

Leave a comment