Miller u Lufi kkonfermati ma’ Hibernians FC

Wednesday, June 29, 2011, 12:49

minn Cristian Muscat

Mark Miller u Edmond Lufi ġew ikkonfermati bħala head kowc u assitent kowc rispettivamnet ta’ Hibernians. Id-deċiżjoni ittieħdet waqt l-ewwel laqgħa tal-kumitat ta’ Hibernians FC, li matulha wkoll il-President Tony Bezzina assenja l-irwoli u r-responsabbiltajiet ġodda lill-membri tal-kumitat.

Intant il-Pawlisti se jkunu qed jilgħabu logħba ta’ ħbiberija kontra Sheffield United fil-Hibernians Stadium nhar l-Erbgha 20 ta’ Lulju. Min-naħa l-oħra l-Carlsberg Tournamnet se jsir bejn nhar l-Erbgha 27 u t-Tnejn l-1 t’ Awwissu fejn fl-istess turnamnet se jieħdu sehem Marsaxlokk FC, Balzan Youths FC, Qormi FC u Hibernians FC. Din se tkun ir-raba’ sena għal Miller bħala kowċ fejn ma’ Hibernians huwa rebaħ il-kampjonat BOV Premier lura fl-istaġun 2008/09.





Leave a comment