- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mijiet ta’ tfal Għawdxin jilagħbu u jippratikaw l-Isport f’On The Move’

Posted By Sportinmalta On October 25, 2016 @ 10:09 pm In Featured,General | No Comments

Gavin Muscat

  • Diversi Dixxiplini ġodda bħal horse riding u fotografija sportiva
  • Il-Ministeru t’Għawdex jissusidja l-prezz u joffri trasport b’xejn minn kull raħal

Nhar is-Sibt mijiet ta’ tfal Għawdxin mistennija joħonqu l-kumpless sportiv ta’ Għawdex, il-ground tal-iskola sekondarja u anke jiġu mqassma madwar kumnplessi oħra f’Għawdex biex jibdew 24 ġimgħa ta’ attivita sportiva fli skema ‘On The Move’.

Għal darb’oħra din l-iskema qed jieħdu ħsiebha l-Gozo Sports Board b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u mmexxija minn SportMalta.

Interessanti hu li t-tfal Għawdxin iħallsu nofs prezz għax il-Ministeru għal Għawdex jissusidjalhom il-prezz b’€21 u nhar ta’ Sibt jiġu offruti trasport b’xejn minn kull raħal.

Barra hekk dis-sena se jkun hemm attivitajiet organizzati anke l-Ġimgħa fejn tfal tal-kinder se jkollhom sessjoni għalihom u keep fit għal nies ‘il fuq minn 60 sena ħalli jekk xi nanniet ikunu qed jieħdu ħsieb lin-neputijiet tagħhom flok joqogħdu jistennewhom ma jagħmlu xejn jingħataw taħriġ li jservihom tajjeb għal saħħithom.

Barra hekk dis-sena se jkun hemm dixxiplini ġodda fejn l-aktar li qed jiġbdu interess huma l-badminton u l-Horse riding, filwaqt li hemm dixxiplina mhux tas-soltu, dwar il-fotografija sportiva.

L-għalliema u coaches se jkunu kollha professjonali fejn se jkun hemm taħlita ta’ Għawdxin u anke ta’ Maltin skont id-dixxiplini.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mijiet-ta-tfal-ghawdxin-jilaghbu-u-jippratikaw-l-isport-fon-the-move/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.