- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mijiet ta’ impjegati tal-BOV jipparteċipaw fis-Solidarity Fun Run tal-President

Posted By Sportinmalta On December 11, 2015 @ 5:33 pm In Athletics,Featured,Other | No Comments

Note:This article has been posted in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

L-impjegati tal-BOV wieġbu bi ħġarhom għas-sejħa biex jipparteċipaw fis-Solidarity Fun Run tal-President.

Iċ-Ċentru tal-BOV ġewwa Santa Venera kien mimli bil-ħajja nhar il-Ħadd filgħodu hekk kif mijiet ta’ impjegati, flimkien mal-membri tal-familja u ħbieb mlew it-triq interna tal-kwartieri tal-Bank. Hemmhekk, huwa pparteċipaw f’sezzjoni ta’ eżerċizzji kkorreografati minn Jes Sciberras, qabel ma marru jingħaqdu ma’ parteċipanti oħrajn li għażlu li jimxu f’din iċ-ċelebrazzjoni ta’ solidarjetà, li issa waslet fis-seba’ edizzjoni konsekuttiva tagħha. Grupp ieħor iltaqa’ fis-Saqqajja r-Rabat u ġera it-triq kollha sa Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Il-Bank of Valletta ilu jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Malta Community Chest Fund għal bosta snin, mhux biss billi jtella’ l-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank imma wkoll billi ta s-sapport tiegħu lil diversi avvenimenti kbar oħra li għandhom l-għan jiġbru l-fondi għall-MCCF bħal Rockestra, Paqpaqli għall-Istrina u Tisjir mill-Qalb.

L-impjegati tal-BOV dejjem kienu mħeġġa jipparteċipaw f’dawn l-inizjattivi biex juru s-solidarjetà tagħhom lejn il-komunità Maltija. Fl-istess waqt, avvenimenti ta’ dan it-tip iservu biex jissaħħaħ l-ispirtu ta’ tim ġewwa l-organizzazzjoni, li hija waħda mill-ikbar intrapriżi lokali b’aktar minn 1,500 impjegat.
—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

Hundreds of BOV employees participate in the President’s Solidarity Fun Run

BOV employees responded keenly to a call to participate in this year’s President’s Solidary Fun Run.

BOV Centre at Santa Venera was full of life and laughter on Sunday morning as hundreds of employees, together with family members and friends made their way to the internal street of the Bank’s Head Office. There, they participated in a warm up session choreographed by Jes Sciberras before they joined other walkers who chose to participate in this solidarity event, which is now in its seventh consecutive year. Another group met in Saqqajja Rabat and ran all the way to the finish line in St George’s Square, Valletta.

Bank of Valletta has been a strong supporter of the Malta Community Chest Fund for many years, not only by organising the L-Istrina BOV Piggy Bank campaign but also by supporting other major fund-raising initiatives like Rockestra, Paqpaqli għall-Istrina and Tisjir mill-Qalb.

BOV employees are always encouraged to participate in these initiatives to show their solidarity towards the Maltese community. Concurrently these events serve to strengthen the team spirit within the organisation, which is one of the largest local employers with a workforce numbering over 1,500 employees.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/mijiet-ta-impjegati-tal-bov-jippartecipaw-fis-solidarity-fun-run-tal-president/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.