Mifsud Triganza jagħti rebħa lil Sliema kontra Lokomotiv Plovdiv ġewwa l-Bulgarija

Wednesday, July 27, 2011, 15:25

minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers għelbu lit-tim qawwi Bulgaru Lokomotiv Sofia bl-iskor ta’ wieħed b’xejn f’logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet fil-Bulgarija. Din il-logħba kienet parti minn training camp intensiv t’għaxart ijiem li l-Blues qegħdin jagħmlu fil-Bulgarija. Jean Pierre Mifsud Triganza skorja l-gowl importanti għat-tim immexxi minn Danilo Doncic.

Fl-ewwel logħba li fiha kienu nvoluti l-Wanderers matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, huma għelbu lil Bansko bl-iskor ta’ 3 bi 2 grazzi għall-gowls minn Jorge Santos Silva, awto gowl u minn Jerry Ani.





Leave a comment