- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Midalja tal-Fidda għat-Tim Nazzjonal Malti tal-Basketball

Posted By Sportinmalta On July 14, 2014 @ 6:50 pm In Basketball,Featured | No Comments

Midalja tal-Fidda storika mirbuħa mit-Tim Nazzjonali Malti tal-Basketball maskili li kien qed jikkompeti fil-FIBA European Championship for Small Countries li saru f’Ġibilta’

Malta għelbet lill-Iskozja 87-82, lil Wales 93-75 biex spiċċaw fl-ewwel post ta’ Grupp B u għaddew għas-semifinali fejn rebħu lil San Marino 89-68.  Fil-finali huma kienu megħluba minn Andorra bl-iskor minimu ta’ 66-63.

Samuel Deguara rebaħ wkoll il-Fair Play Award, filwaqt li Josh Jackson intagħzel bħala wieħed mit-Tim tat-turnew.  Huwa rebaħ wkoll l-MVP Award (l-aħjar plejer).

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius feraħ lill-President tal-MBA Paul Sultana, lill-kowċ tat-tim nazzjonali Paolo Di Fonzo u lit-tim nazzjonali tal-basketball għar-rebħ tal-midalja tal-fidda.  Dan huwa unur triplu għall-basketball f’pajjiżna hekk kif ftit tal-jiem ilu t-tim Nazzjonali tal-ġuvintur U16 rebaħ il-midalja tad-deheb filwaqt li dak tat-tfajliet U16 rebaħ dik tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA ta’ taħt is-16-il sena.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/midalja-tal-fidda-ghat-tim-nazzjonal-malti-tal-basketball/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.