MIDALJA TAL-FIDDA FIL-BADMINTON FL-AĦĦAR JUM TA’ LA BAULE

Sunday, May 27, 2018, 14:21

It-tim tal-Badminton tal-MESA, iffurmat minn Edmond Abela, Jacqueline Degiovanni, Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar jum tal-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza, biex għamluhom total ta’ 12-il midalja għall-kontinġent Malti.

Il-Maltin għelbu lit-tim Franċiż Veolia 3-1 fis-semifinali, imma tilfu bl-istess skor ta’ 3-1 fil-finali kontra Lufthansa Technik ta’ Hamburg, il-Ġermanja.

Fl-aħħar jum ta’ logħob, is-Sibt, iż-żewġ timijiet tal-Beach Volley lagħbu għall-pjazzament finali, fejn it-tim tal-irgiel, iffurmat minn Angelo Bonello u David Mario Caruana, spiċċaw fis-sitt post fil-kategorija tas-Seniors, waqt li t-tim tan-nisa, iffurmat minn Maria Caruana Demicoli u Isabel Cutajar, spiċċaw il-ħames fil-kategorija Open.

Fil-Bowling, it-tim tal-MIA spiċċa fit-tielet post u l-BOV fis-seba’ post qabel ma t-turnament kompla fuq bażi ta’ knock-out, biz-żewġ timijiet sfortunatament jiġu eliminati fil-fażi tal-aħħar 16.

Għaldaqstant, il-midalji kollha mirbuħa mill-kontingent Malti tal-MESA waqt it-tieni edizzjoni tal-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza, kienu dawn:

Deheb

Lawrence Ransley – Shot Put

Marilyn Grech – 400 metres

Fidda

Peter Azzopardi – 5,000 metres (Kategorija D)

David Cassar – 5,000 metres (Kategorija C)

Marilyn Grech – 200 metres

Team tal-Badminton – Senior Teams Doubles

Bronz

Marilyn Grech – 100 metres

Adrian Mifsud – 5,000 metres (Kategorija C)

Mark Mifsud – 400 metres u 800 metres (2 midalji)

Matthew Scicluna – 5,000 metres (Kategorija B)

Joseph Mallia – Darts Irgiel Individwali





Leave a comment