Midalja tal-Bronż ghat-tim Nazzjonali Malti Femminili tal-Basketball

Tuesday, July 22, 2014, 7:54

It-tim Nazzjonali Malti femminili akkwista midalja tal-bronż fil-European Championship for Small Countries wara li għeleb lill-Iskozja fil-logħba għat-tielet u r-raba’ post.

Fil-fażi tal-gruppi Malta tilfet 46-85 kontra l-Iżlanda li eventwalment rebħu l-grupp filwaqt li għelbu lill-Ġibiltà 25-93 biex spiċċaw it-tieni fi Grupp B u qatgħu post fis-semi-finali.  Hawn iltaqgħu mal-Awstrija, li eventwalment rebħu l-kompetizzjoni u tilfu 58-46. Malta kien imissha tilgħab għall-midalja tal-bronż fejn għelbu lill-Iskozja 66-59 u hekk spiċċaw fit-tielet pożizzjoni u b’midalja tal-bronż.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jifraħ lit-tim femminili tal-Basketball u lil kowċ Angela Adamoli u l-assistent tagħha Christoph Stolp għal din ir-rebħa importanti. Huwa faħħar l-impenn tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball taħt it-tmexxija tal-President Paul Sultana li f’dan l-aħħar xahar irnexxielhom jakkwistaw 4 midalji; deheb mit-tim Nazzjonali maskili ta’ taħt is-16-il sena, fidda mit-tim Nazzjonali femminili ta’ taħt is-16-il sena u fidda mit-tim Nazzjonali tal-irġiel, minbarra din il-midalja tal-bronż mit-tim Nazzjonali tan-nisa.





Leave a comment