Midalja tad-deheb u oħra tal-fidda għal Sue Abela fil-Kampjonat Ewropew tal-Masters fi Vjenna

Saturday, February 1, 2020, 15:08

Iċ-ċampjin Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna, b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga di Benedetto mill-Italja li kisbet it-tieni post, fost 66 plejer mill-Ewropa.

Fis-semi finali tas-singles, hija l-ewwel għelbet lil Fely Wisienski minn Franza 234 -173, biex imbagħad iffaċċjat lil di Benedetto li kienet għelbet lill-ingliza Kim Oakley fis-semi finali l-oħra.

Il-finali bejn Abela u Di Benedetto kienet logħba missielta sal-aħħar , b’Di Benedetto spiċċat rebħet fl-aħħar bi score ta’ 203-188, biex b’hekk Abela żiedet il-fidda fis-singles mal-midalja tad-deheb tagħha fl-All Events.

Abela issa se tilgħab fil-fażi finali tal-Masters li se ssir nhar is-Sibt u Mark Spiteri fil-Masters Maskili wara li temm fit-13-il post  minn 96 plejer.





Leave a comment