Midalja tad-deheb storika għal Malta fil-Bowling

Sunday, November 27, 2016, 17:49

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jifraħ lil Tiziana Carannante li rebħet midalja tad-deheb storika waqt il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth.  Huwa jestendi l-awgurju tiegħu lil Sue Abela li rebħet il-midalja tal-bronż fl-istess kampjonati.  Il-midalja tal-fidda intrebħet minn Whiting tal-Awstralja.

Il-Kampjonati tat-Ten Pin Bowling tal-Commonwealth isiru kull sentejn u huma miftuħa għal dawk il-pajjiżi kollha li jiffurmaw parti mill-Commonwealth.  Din l-edizzjoni saret f’Johannesburg, fl-Afrika t’isfel.

Normalment dawn il-kampjonati huma dominati minn pajjiżi kbar bħall-Awstralja, New Zealand, l-Ingilterra, l-Indja, l-Kanada jew il-Malasja.  Madanakollu din is-sena kellha tkun Malta li tirbaħ l-midalja tad-deheb permezz ta’ Caranannte.  Fil-passat Sue Abela u Joanna Attard kienu rebħu midalji tal-bronż filwaqt li Neil Sullivan kien rebaħ midalja tal-fidda.

Ħajr għar-ritratti: MEDE_PS





Leave a comment