Michael Mifsud viċin Floriana FC

Monday, January 31, 2011, 11:00

Dan li  ġej huwa dak li intqal waqt ir-rokna X’Qed Jinħema tal-programm Kontrattakk tal-Ħadd 30 ta’ Jannar, 2011.

Michael Mifsud viċin Floriana FC

Hekk kif għada fis-7pm, jagħlaq is-suq ta’ trasferimenti ta’  Jannar, Floriana għadhom jittamaw li jistgħu jiffirmaw magħħhom lill-attakkant Internazzjonali Michael Mifsud. Dan hekk kif jidher li ż-żewġ naħat laħqu ftehim verali preliminari sabiexMifsud jilbes il-gear tal-Greens sa Mejju. Aħna nistgħu nikkonfermaw li trattattivi u negozjati ma’  Mifsud min-naħa tad-diriġenti ta’  Floriana ilhom għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat bl-ogħla uffiċjali tal-Greens jiltaqgħu ma’  Mifsud regolarment biex jippruvaw jiftehmu miegħu fuq pakkett finanzjarju, hekk kif jidher li kollox hu marbut mal-fatt illi Mifsud jixtieq jagħlaq kuntratt mal-Greens sa tmiem Mejju 2012 l-istess kundizzjonijiet. Wieħed issa jistenna sa għada fis-7pm biex naraw jekk ir-reġistrazzjoni ta’  Mifsud iddaħlitx l-MFA jew le.

 

Matthew Borg m’għandu xejn gravi

L-attakkant prolifiku żagħżugħ Matthew Borg li tul il-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi klabbs, għamel kuntatt mat-tim tal-produzzjoni ta’ dan il-programm fejn hu spjega li l-inċident li hu kien involut fih fil-logħba Birżebbugia kontra Mellieħa ma rriżultax li kien attakk f’qalbu. Hu sostna wkoll li minkejja li ħafna ħasbu li kellu problemi f’qalbu dak il-ħin tal-inċident, hu għandu f’idu dokumentazzjoni mill-isptar f’forma ta’ discharge letter li hu dak il-ħin tah iss ħass ħażin għax kienet niżlitlu l-pressjoni.

Trikki trakki wara l-partita Balzan Y vs Pieta H.

Fil-logħba ta’  lbieraħ tal-Ewwel Diviżjoni bejn Balzan Y u Pieta H., inqalgħu xi inċidenti wara l-logħba hekk kif jidher li xi players ta’ Pieta u xi uffiċjali ħaduha ferm u ferm bi kbira wara li dawn tilfu l-logħba 4 – 3 wara li kienu Pieta li kienu qegħdin jirbħu 3 – 0. Il-partitarji kollha ta’  Pieta u ħafna mill-players baqgħu perplessi ir-riżultat u għall-mod kif daret il-logħba. Kellhom ikunu l-interventi ta’  uffiċjali tal-Pieta fosthom Joe Sammut li kkalmaw is-sitwazzjoni fost il-players, liema sitwazzjoni eskalat iktar. Din kienet it-tieni logħba konsekuttiva li t-tim ta’  Balzan Y irnexxielu jdawwar telfa f’rebħa fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

X’se jagħmel Etienne Barbara?

Player ieħor li l-futur tiegħu huwa inċert huwa Etienne Barbara hekk kif jidher li dan tbiegħed minn ma’  Floriana wara li kollox kien jindika li se jiffirma magħhom. Barbara issa huwa viċin li jingħaqad ma’  Sliema W iżda biex jiffirmawh Sliema, trid bilfors tasal l-International Clearance sabiex ikun jista’  jilgħab fil-futbol Malti. Barbara diġa ffirma kuntratt ma’  Sliema li jistipula li se jilgħab magħhom biss sal-aħħar ta’ Marzu hekk kif f’April jirritorna l-Amerka iex jerġa’  jingħaqad ma’ Carolina Hawlks.

Daqshekk ħlas għat-training tan-Nazzjonal

F’nofs din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li l-plejers tat-tim nazzjonali mhux se jibqgħu jingħataw ħlas talli jattendu għas-sessjonijiet ta’  taħriġ. Din id-deċiżjoni ttieħdet it-tlieta filgħaxija waqt laqgħa li tmexxiet min-Norman Darmanin Demajo u l-plajers ikkonċernati u li fiha kien preżenti wkoll id-direttur tekniku ġdid tal-MFA Robert Gatt. Għalkemm kulħadd qed jipprova  jagħti li din kienet deċiżjoni unanima u li l-plejers qablu magħha, aħna nistgħu nikkonfermaw li t-tliet plejers li għamilna kuntatt magħhom kollha urew id-dispjaċir tagħhom għal din id-deċiżjoni.





1 Comment

  1. L . Zammit says:

    Ma nafx ghala qed issemmu li Michael irid jiffirma sas 7pm tal llejla meta dan jista jiffirma meta jrid la qieghed minghajr club. 

    [Reply]

Leave a comment