- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Mifsud jiffirma ma’ Valletta… Sciriha u l-Vinċ jirranġaw

Posted By Sportinmalta On July 5, 2011 @ 11:20 pm In Featured,Football | 6 Comments

Ritratt - www.vallettafc.net

minn Cristian Muscat

L-istriker internazzjoanli Malti Michael Mifsud se jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Valleta wara li aċċetta kundizzjonijiet u termini mal-klabb mill-belt kapitali. Mifsud iffirma kuntratt t’erba’ snin mal-klabb b’għażla li jiffirma għal sena oħra.

L-istriker ta’ tletin sena li beda l-karriera tiegħu ma’ Sleima Wanderers u lagħab ma’ Kaiserslautern fil-Ġermanja, Lillestrom fin-Norveġja, Coventry u Barnsley fl-Ingilterra, diġa’ kellu esperjenza qasira mal-Beltin bejn Marzu u Mejju tas-sena 2010. F’dawk it-tliet xhur huwa kien skorja seba’ gowls f’seba’ logħbiet u għen lil Valletta jirbħu l-U*BET FA Trophy u n-National League 100 Years Anniversary Cup. Fl-aħħar staġun huwa ingħaqad ma’ Qormi FC fi Frar iżda l-firma tiegħu ma’ dan il-klabb ma kinitx biżżejjed biex issalva lill-Qormin milli jilgħabu fir-Relegation Pool.

L-istriker Malti qal li huwa jinsab lest biex jilgħab fil-UEFA Champions League. Prezenti għall-iffirmar tal-kuntratt dalgħodu kien hemm il-President Victor Sciriha, is-Segretarju Ġenerali Joe Attard u Jeffrey Farrugia il-Vinċ li deher bħala xhud. Victor Sciriha irringrazzja personalmet lis-Sur Jeffrey Farrugia li kien strumentali biex reġa’ ġab lura lil Michael Mifsud ma’ Valletta FC.

Din il-mossa ta’ ringrazzjamemt pubbliku ta’ Sciriha fil-konfront tal-Vinċ tista’ twassal sabiex Farrugia jerġa jaħsibha u minflok jibda l-istaġun ma’ Mosta bħala Team Manager jerġa’ jibdielu u jingħaqad ma’ Valletta minħabba li issa jidher li ttranġaw l-affarijiet ma’ Sciriha,


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/michael-mifsud-jiffirma-kuntratt-terba-snin-ma-valletta-fc/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.