Micallef, Spiteri u Vella iddominaw l-ewwel attività Autocross

Wednesday, December 12, 2018, 9:32
Nhar il-Ħadd 16 ta’ Dicembru 2018 se jsir tentattiv ieħor biex jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2018/2019. Għaldarb’oħra  l-istaġun ser ikun mifrux fuq sitt attivitajiet fejn ħames tiġrijiet isiru f’Malta u waħda ssir f’Għawdex. Dan l-istaġun ser jerġa jkun issapportjat ukoll minn diversi sidien tal-barrieri madwar Malta u Ghawdex li jikkoperaw mal-ASMK fejn il-Barriera taħħom tinbidel f’korsa tal-Enduro u tkun tista ssir l-attivita bil-Muturi.

Minkejja dan kollu l-ewwel attivià ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali u l-programm jibda fl-10:00 ta’ filgħodu. Dawk li mhumiex membri mal-ASMK jistgħu jieħdu sehem.

F’dan it-tieni staġun id-ditta BETA mill-Kumpanija Wotomoto Ltd se terġa tkun l-isponsor ewlieni tal-Enduro BETA Challenge 2018, sa mill-ewwel attività tal-Kampjonat. Din il-ġurnata ser tkun tikkonsisti f’tiġrija kontra l-arloġġ mil-kompetituri kollha wieħed wieħed fuq il-korsa li tiġi ffurmata apposta anka b’xi ostakoli għal din l-okkazzjoni fil-kumpless tal-ASMK.

Ir-rebbieħ tal-ġurnata li jirreġistra l-inqas ħin fit-tiġrija kkontrollata b’sistema elettronika, minbarra t-tazza tal-ġurnata ser jieħu wkoll miegħu mutur BETA RR 2T 300cc ġdid fjamant. Dan il-mutur qed jingħata għal sena biex ir-rebbieħ jipparteċipa fl-istaġun kollu bih kif ukoll jagħmel it-taħrig li hemm bżonn bħala preparazzjoni għal kull attività li ssir matul il-kampjonat.

Intant nhar il-Ħadd li għadda 9 ta‘ Diċembru 2018 saret l-ewwel attività mill-Kampjonat Nazzjonali Pasta Poiatti Autocross 2018/2019 fejn għal din l-ewwel tiġrija irregistraw 16-il kompetitur maqsuma f’żewġ klassijiet, dik Modified u dik Standard.

Matul il-ġurnatafil-klassi modified Joseph Micallef fuq Opel Corsa rebaħ żewġ Heats minn tlieta biex assigura postu fil-finali Klassi A segwit minn Terence Azzopardi u Melo Zammit, it-tnejn  fuq Opel Corsa. Matul il-finali rajna lil Micallef ikompli jiddomina fejn dan irnexielu jirbaħ din il-finali Klassi A. Micallef kien dejjem segwit minn Azzopardi. Fit-tielet post daħal Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta.

Mill-Klassi B Modified Joseph Spiteri fuq Opel Corsa rebaħ din il-klassi segwit minn Theo Micallef fuq Ford Fiesta waqt li fit-tielet post spiċċa Jonathan Vella fuq Ford Fiesta.

Mill-Klassi Standard Johann Vella fuq Opel Nova iddomina u rebaħ din il-klassi segwit minn Jerome Peplow fuq Kia Avella filwaqt li t-tielet intrebah minn Kyle Agius fuq Opel Nova. Ir-raba post intrebaħ minn Quinn Camilleri fuq Peugeot 106.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġna Facebook bl-isem  Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew Mobile 9942 5489

Rittrati ta Mario Micallef





Leave a comment