MHA Cup: Day 2

Monday, October 24, 2016, 20:06

Gavin Muscat

Fit-tieni ġurnata mill- kompetizzjoni MHA Cup kellna erba’ logħbiet; tlieta ta’ l-irġiel u waħda tan-nisa.

-Irġiel: Kavallieri vs La Salle

Fl-Ewwel partita ta’ l-irġiel rajna lit-tim ta’ Kavallieri jegħleb lil dak ta’ La Salle bl-iskor 24-22

L-ewwel taqsima spiċċat 11-10 favur Kavallieri.

F’din il-logħba l-player internazzjonli Malti Maurice Meli weġgħa ‘l aksa u mistenni jdum barra għal diversi ġimgħat minn kull attivita’.

Il-player tal- Kavallieri Chris Mc Clean ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Steve Noel Fsadni u Stefan Desira.

-Swieqi Phoenix vs HMS 

It-tieni logħba bejn Swieqi Phoenix u l-HMS, it-tim ta’ Swieqi Phoenix għeleb lil dak tal-HMS bl-iskor ta’ 26-13

L-ewwel taqsima spiċċat 18-6 favur Swieqi Phoenix.

Il-Player Christian Ocshleger ta’ Swieqi Phoenix ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu  Brian Agius u Stefan Desira.

-Aloysians vs Luxol 

L-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak Luxol  bl-iskor ta’ 30-24

L-ewwel taqsima spiċċat fi draw ta’ 14-14

Il-Player tal-logħba kien Karol Lemish filwaqt iż-żewg uffiċjali kienu Clinton Mifsud u Alan Portelli.

-Nisa: Kavallieri vs Phoenix 

Mill-MHA Cup tan-Nisa it-tim tal-Kavallieri għelbu lil dawk tal- Phoenix bl-iskor ta’ 29-11

Fl-ewwel taqsima spiccat 10-4 favur il-Kavallieri.

Il-player tal-Kavallieri  Emma Xuereb ġiet magħżula l-aħjar player tal-logħba.

L-uffiċjali tal-logħba kienu Steve Cilia u Michael Tanti





Leave a comment