MFA – “Skużawna imma ma kellniex biljetti tat-tfal”

Monday, September 5, 2011, 10:00

minn Sandro Micallef

Norman u Bjorn - "Skużawna ma' kellniex kontrol fuq is-sitwazzjoni"

Apell sabiex jiġi rifużi l-flus lil minn ħallas EUR10 lit-tfal

F’dik li tista’ titqies U-Turn oħra mill-ħafna f’dan l-aħħar xhur l-MFA qed tirrevedi l-prezzijiet tat-tfal ta’ taħt it-12 -il sena li jidħlu Ta’ Qali sabiex isegwu l-partita Internazzjonali kontra l-Georgia.

Kienet farsa kbira, fost il-konfużjoni kbira li kien hemm qabel u waqt il-logħba ta’ kontra l-Kroazja meta t-tfal ġew mitluba jħallsu EUR10 sabiex jidħlu jaraw il-logħba Malta v Kroazja bl-iskuża li ma kienx hemm biljetti tat-tfal fit-ticketing booth hekk kif tgħid l-istrqarrija hawn taħt iffirmata minn Mark Attard. Stqarrija purament sabiex traqqa l-pannu bil-qargħa l-ħamra.

Kienu diversi, attwalment mijiet dawk li kitbu emails u ċemplu lill-uffiċjali tal-MFA personalment fuq it-telephones personali tagħhom sabiex jilmentaw b’dak li ġara meta tifel ta’ sitt snin (eżempju wieħed) intgħalab iħallas EUR10 sabiex jidħol. Pastażata manja.

Issa hekk kif jidher hawn taħt tfal ta’ taħt it-12 -il sena se jħallsu biss EUR2.50 nhar it-Tlieta.

Nagħmlu appell sabiex issa li l-MFA ammetiet l-iżball ġenwin minn naħa tagħha jingħataw lura l-flus lil dawk il-ġenituri li ħallsu il-prezz ta’ EUR10 għat-tfal tagħhom meta jippreżentaw il-biljett tal-logħba kontra l-Kroazja fil-logħba ta’ nhar it-Tlieta li ġej.

L-Istqarrija tal-MFA fit-totalita tagħha:

Il-Malta Football Association tinfurmakom li għall-partita tat-Tlieta 6 ta’ Settembru bejn Malta u l-Ġorġja, li se tintlagħab f’Ta’ Qali, l-Istadium Nazzjonali se jiftaħ fis-7.00pm. Kull stand se tkun miftuħa għall-pubbliku minbarra n-‘North Stand’ li se tinżamm magħluqa.

Il-biljetti kollha tad-dħul jinsabu għall-bejgħ mill-‘presellers’ awtorizzati u  jinbiegħu wkoll dakinhar tal-partita mit-Ticket Booths skont l-entratura rispettiva, ħlief għal dawk tas-‘South Stand’ li se jinbiegħu mit-Ticket Booths tal-West Stand C biss.

Il-prezzijiet tal-biljetti huma dawn:

Adulti                                                         Tfal taħt it-12-il sena

West Stand                   €25                            €2.50

Millennium Stand     €10                            €2.50  

South Stand                  €5                              €2.50  

Il-Malta Football Association titlob skuża għall-inkonvenjent li nqala’ fuq il-bejgħ tal-biljetti għat-tfal ta’ taħt it-12-il sena fil-logħba bejn Malta u l-Kroazja. Minħabba sitwazzjoni li ma kellnix kontroll fuqha, l-biljetti tat-tfal ma kienux disponibbli fit-Ticket Booths rispettivi.

Malta vs Finlandja – Partita ta’ taħt il-21 sena

Il-Malta Football Association tinfurmakom ukoll li għal-logħba tat-Tlieta 6 ta’ Settembru bejn Malta u l-Finlandja, li se tintlagħab f’Kordin, il-Hibernians Stadium se jiftaħ fit-3.00 pm u l-prezzijiet tal-biljetti huma dawn:

Adulti EUR4 u tfal EUR1.





14 Comments

  1. julio says:

    nispera li dak li tghid taghmlu sandro.ftit li xejn smajtek tfahhar jew ahjar qrajt . x’ u-turns huma sandro?
    dont worry ghidilna .nassigurak li jekk kien hemm xi u-turn il-Pres ma jiddejjaq xejn jghid hekk.minn ma jaghmel xejn ma jizbaljax.din l-amministrazzjoni tant ghamlet ghas-sena li ilha li kull ma tista tghid huwa li bdew hafna trufijiet li kien hemm bzonn urgenti taghhom f’daqqa.Tant kellna affarijiet li kellhom bzonn isiru jew riedu dehra gdida li intlifna fuqhom.nassigurak sandro li lanqas se jkollok cans tikkritika bi-progetti u mizuri li dehlin, dejjem ghal gid tal-futbol Malti u l-klabbs taghna.Jien nixtieq li tnizzel dak kollu li tahseb li sar tajjeb u dak li jidhirlek hazin sandro ha naraw fejn immur il-mizien.ovvjament dak li tahseb li hu hazin int jista jkun tajjeb ghall haddiehor.tlajt fil-press area il-gdida sandro? ghogbitek jew le?

    [Reply]

  2. julio says:

    L’hemm mexjin sur Borg. L-amministrazzjoni hemm trid tasal li meta tigi il-grawnd tara loghba futbol ikollok dak kollu li jixraq bhala kumdita u tiehu lura tal-prezz li thallas. Il-partitarji huma l-ikbar sponsor fil-futbol u ghalhekk jixraqilhom l-ahjar, L-aministrazzjoni nassigurak li taf ezatt xi jsir fl-Ewropa u tixtieq li tasal kemm jista jkun malajr lejn grawnd li jkun family oriented u tkun tista tqatta whole dayil-grawnd bil-familja koolha tkun tista tattendi. Dak huwa il-hsieb ta President li sa ftit xhur ilu kien mignun, ma jafx x’inhu jghid u bla esperjenza. Imma xejn ma sar f’daqqa u rridu naghtu cans sabiex kollox jigi f’postu u dak li nbeda llum jiehu hinu sabiex jistabillixxi ruhu. Niftakru li dak li qed isir Malta llum fil-qasam tal-futbol , fl-Ewropa ilu li beda snin. F’sena dan il-President irnexxilu jaghti lift lil grawnd nazzjonali kif ukoll diversi grawnds madwar Malta. L-MFA saret tahdem aktar professjonali anke fl-operat taghha f’Ta Qali, marketing ta vera u li jaghnel sens, kollox qed jigi kif dejjem wieghed id-DEDE. L-energija tinhela f’xoghol ghall-futbol Malti mhux naffrontaw lil gurnalisti u nattakaw il-kritika imma niffaccjaw il-hazin li kellna u li naghmlu wkoll. Il-gurnalisti flok niddiskriminaw bejniethom bhal ma kien isir naghmlulhom post xieraq bhal ma ghandhom issa fil-grawnd nazzjonali. Anke inti Sandro issa mur u oqghod komdu ahdem f’post li jixraqlek. Forsi fl-ahhar tfahhar xi haga hux jew ghall-anqas taghlaq halqek ghax b’halqek maghluq isir gurnalist ta vera. Joking Sandro ta ibqa ikkritika imma kun aktar kostruttiv u sensibbli li progett tih naqra zmien sabiex jindara minn kulhadd kemm min dawk li joholquh kif ukoll dawk li juzawh.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Julio, Jien ma naghalaq halqi qatt. Li jkolli nghid nghidu, li jkolli nfahhar infahhar u li jkolli nikkritika nikkritika. Jekk din l-amministrazzjoni taghmel affarijiet tajbin niktibhom u nghidhom u nfahharhom imma nghid u nikteb anke l-affarijiet li jsiru hziena u li ma jaghmlux sens fosthom is-sensiela ta’ U Turns li saru f’din l-ahhar sena. Dan hu xogholi kif kien wara kollox u se jibqa’ sakem nibqa f’dan ix-xoghol. Meta nieqaf minn gurnalista imbghad tehilsu minni, jew ahjar tehilsu mill-uniku persuna li ghandu l-guts jikkritika mhux jilghaq biss. Sandro

    [Reply]

  3. Steve Borg says:

    Nittama’ li ma tergax issehh. Dwar il-kaos li kont insib biex nixtri biljett meta mmur biex nara l-Malta tkellimt kemm il-darba fuq il-media. Niftakar f’okazzjoni minnhom tant damu biex tawni biljett – jew ghax spiccawlhom il-flus biex jaghtu l-bqija, imma domt hafna biex nidhol fil-grawnd u tlift l-uniku gowl tal-loghba. Drabi ohra nidhol b’biljett mixtri minn gimgha qabel u nsib iz-zona tieghi mimlija daqs bajda – addijo r-regolament tal-UEFA li fit-tarag ma tistax tpoggi – imbaghad iz-zona ta’ magenbna maghluqa.Fl-Ewropa kollha hemm il-fakulta li tixtri l-biljett mid-dar u taghzel fejn tpoggi wkoll fl-istand. Wasal iz-zmien li r-riforma fil-futbol Malti jinkludi l-accessibilta’ li wiehed jidhol fil-grawnd minghajr xkiel. – Kandidat ghall-Parlament Ewropew 2009

    [Reply]

  4. James says:

    Jien kelli zewg biljetti enclosure u spiccajt wara l-lasta ghax rieduni inhallas 25ewro ghat-tifel tieghi li ghandu 9 snin u min kien fil-bieb fuq gewwa “West C” qalli m’ghandekx cans tidhol jekk trid mur ixtri ticket iehor. Prosit MFA!!!

    [Reply]

  5. charles says:

    Kieku veru iddispjecija l MFA kienet terga tamilhom b xejn it tfal ghal din id darba u mhux 2.50. Imsomma jien xorta se ngibhom lura li hallast zejjed il gimgha ghax minix ser nersaq lejn il ground ghada. l MFA qalet li ma kellix biljetti tat tfal, allura ghalfejn ma xandruwomw min qabel il prezzijiet li kelna inhalsu biex setghu jidhlu l ground it tfal?

    [Reply]

  6. cittadin says:

    Ma joqghodux iwahhlu ghax ta qali ma kienx hemm tickets.jien mort biex nixtri il biljetti erbat ijiem u qabel u mill ewwel qalli li it-tfal 10euros u biex nighd il verita ma ssugrajtx ghax jekk dak in nhar ma jkollux aptit jigi ma nkunx armejt 10euros .

    [Reply]

  7. kirsty falzon says:

    give us the money you bribed us back MFA. Looters !!

    [Reply]

  8. ahdar kolli says:

    vera kas ta’ gakbini, l-ewwel hadu l-poter, imbghad ihawdu kemm iridu, ara vera l-gurnalisti kollha bla bajd ibda bik sandro l-ewwel wiehed imbasta kollok stejjer, investiga id-dejn kbir li ghamlu l-amministrazzjoni l-gdida u kemm ilhom ihawdu fil-flus, spalparjaw kbir, ikel u ricevimenti bl-amment, safar non stop, open cheque donna l-mfa issa. Clubs ukoll hadt ma jiftah halqu. mhux ovvja jekk qed ituhom il-flus biex jirrangaw il-grounds, ara lilna ix-xghara kif kienet baqghat. INVESTIGA Sandro jew int qed tgawdi maghhom ukoll ? AHDAR FURJANIZ KOLLI

    [Reply]

  9. julio says:

    siehbi eliott ghalkemm ma nafikxm, jien dwar Dr Mifsud nitkellem open u dejjem anke meta kien president hu u dejjem kelli u ghad ghandi rispett kbir lejh.Jien hadd ma jgibuli shun siehbi, saqsi lil minn jafni sew.Jien ghomri fil-futbol u hadd qatt ma tani xejn ghax dejjem ghidt dak li nhoss li hu tajjeb ghal futbol, dejjem fl-opinjoni tieghi. Minix xi espert tafx imma ghandi ideja tajba tal-futbol Malti wara zmien twil fil-kumitati. No interest biex nghidlek just il-futbol Malti jew ahjar il-klabbs Maltin hadu ftit tar-ruh minn sena l’hawn.Dan jixdhu kulhadd eliott.

    [Reply]

  10. veronica says:

    ok no problem iskuzawkom imma issa hallsuna lura ….. btw hnizrija ta turnstiles bil-kemm taghddi mal hazin wehel it-tajjeb – veronica

    [Reply]

  11. jean farrugia says:

    vera malta.com jew ahjar normanubjornuantione.com.mt….. l-aqqas dheret li ma kienux jafu min qabel

    [Reply]

  12. eliott says:

    minn daqs tant niex inti trid titkellem Julio dwar Joe Mifsud u l-amministrazzjoni l-gdida? nahseb ahjar tiddikjara l-interessi tieghek, nahseb qed igibulek shun norman

    [Reply]

  13. julio says:

    Nispera li kellek ic cans tithol fil-vip area sandro.nahseb jekk thalt rajt xi tibdil hux u nahseb li rajt ghogbok ukoll. ghalkemm milli qed tghid nahseb il millenium kont u ma dhaltx vip. iva tinkwieta xejn jekk nistghu nassiguraw li hadd ma japprofitta ruhu jinghata rinborz lura.din l-amministraxzjoni money no problem sandro kif tista tara kullimkien grawnds godda u refurbishment qawwi mit-telqa li kellna.fuq haga li ma kienx hemm kontroll jew ahjar nuqqas ta hsieb m ghandux jittappan it tajjeb kollu li sar.inkunu ftit pozittivi.DEDE take note li ma tistax tiehu l-icken zball din l-aministrazzjoni ghax jirbahna l-infern. ta qabel setghet taghmel sagrileggi ghax ma kienux jifthu halqhom ghax jibzghu.viva id-demokrazija.

    [Reply]

Leave a comment