Meta se titkellem il-Pulizija ?

Wednesday, June 15, 2011, 21:34

minn Sandro Micallef

Wasal iż-żmien li l-Pulizija tinforma l-pubbliku bl-aħħar żviluppi tal-inveżtigazzjoni

Għadda iktar minn xahar issa sa minn-ġurnata sewda oħra (dan l-aħħar) fil-Football Malti meta faqqa każ ieħor ta’ korruzzjoni. Qed nirreferi għall-allegat każ ta’ tixħim tal-partita Norveġja v Malta li ntlagħbet fit-2 ta’ Ġunju 2007.

Permezz ta’ dan il-Blog tiegħi qed nagħmel appell lill-Pulizjija speċjalment lill-kummissarju tal-Pulizija John Rizzo sabiex jitfa’ dawl duq dan il-każ tant gravi fil-football Malti.

Il-Pulizja madwar id-Dinja hekk qed tagħmel fil-ħafna każijiet simili u aħna m’għandniex inkunu eċċezzjoni. Tuna l-informazzjoni.

Jekk vera li l-MFA qed tgħid li l-Pulizija Maltija se ġġib permezz tal-Interpol (jew diġa ġabet) il-verżjoni kelma b’kelma tax-xiehda ta’ Marijo Cvrtak u Ante Sapina fil-Qorti ta’ Bochum fil-Ġermanja waqt il-Ġuri, l-istess Pulizja ta’ Malta għandha d-dover li tinforma lill-pubbliku bl-aħħar żviluppi u jekk hi konxja tal-ismijiet ta’ dawk il-players li huma implikati għandha ssemmi l-ismijiet immedjatament fil-pubbliku u jitressqu l-Qorti bla ebda iktar dewmien.

Nhar il-Ġimgħa li ġej se jibda staġun ieħor tal-Football u milli jidher se nitfgħu kollox taħt it-tapit… Saħansitra mhux se neħoda bi kbira lil-Pulizija u l-MFA jgħidulna li ma kienx hemm provi biżżejjed biex il-każ jitressaq il-Qorti….. Alla jbierek kemm resquhom malajr il-Qorti lill-Claude Mattocks, Joe Attard ir-Referee u lill-Pelinku, u anke lill-players ta’ Bormla….. tgħid għaliex ?

Meta se titkellem il-Pulizija ???????

Intant hawn taħt id-domandi tiegħi u t-tweġiba li rċevejt mill-Pulizija għall-mistoqsijiet tiegħi waqt li kont qed nipprova ninvestiga l-każ:

Sandro Micallef-

Permezz ta’ din l-email nixtieq insaqsi xi domandi sabiex inkun nista’ nikkwota u nibbublika artiklu dwar il-kaz ricenti ta’ allegat kaz ta’ tixhim fil-Football fil-partita Internazzjonali Norvegja v Malta li ntlaghbet fit-2 ta’ Gunju 2007.

Minn meta hareg il-kaz fil-pubbliku kemm il-persuna gew interrogati jew mistoqsija ghall-informazzjoni mill-Pulizija ?

Min hu l-Ispettur li l-Kummissarju tal-Pulizija ta l-kaz lilu biex jipprocedi ?

Kien hemm xi nies ohra min barra players li gew mitluba jaghtu informazzjoni lill-Pulizija ta’ Malta ?

Pulizija-

Referenza qedgha ssir ghat-talba tieghek li hawn hawn taht.

L-investigazzjonijiet fuq il-kaz hawn taht imsemmi minnek ghadhom ghaddejjien u ghaldaqstant mhux prudenti li wiehed jikkumenta f’dan l-istadju.

Grazzi u Sahhiet CMRU





4 Comments

  1. P Sant says:

    Hawn kont qed tistaghgeb li ma sirna nafu b’xejn minkejja li kien ghadda xhar. Dan l-artiklu ilu li inkiteb xhar u maghhom izzid sena. U ghadna ma smajna xejn ufficjali! Tal-misthija!!!

    [Reply]

  2. Mark Agius says:

    Istra … u konna nahsbu li id-DeDe se jkollu il-bakketta magika li issolvi kollox u li id-dewmien kien kollhu tort ta Dr. Mifsud li kien jahbi kollox !!

    Ifhem, minn president li wara il-hnizrija tal-final tat-trophy u li kulhadd seta jara b`ghajnejh jigi jghid li ma gara xejn partikolari ma tantx tista tistenna ahjar !

    [Reply]

  3. Joe says:

    imma kif f’dan il-pajjiz ghadna ma fhimniex li meta thalli kollox mistur iktar hsara taghmel? iktar jintilef l-kredibilita kemm fil-pulizija, kemm fl-MFA u kemm fil-plejers taghna li jista jkun qas huma hatja ghax dan u wara kollox x’qalu zewg min nies…

    [Reply]

  4. P Borg says:

    Ghandek ragun biex tbiegh hawn Sandro…. tal-misthija dad-dewmien kollhu

    [Reply]

Leave a comment