- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Messaġġ ta’ għaqda bejn il-politiċi Juventini Maltin‏

Posted By Sportinmalta On August 3, 2015 @ 1:27 pm In Featured,Football | No Comments

L-Open Day tal-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel, li saret matul il-ġurnata tas-Sibt, serviet ta’ messaġġ sabiħ ta’ għaqda mill-politiċi Juventini Maltin li sabu l-ħin iżuru l-klabb u ntilfu fil-passjoni tagħhom lejn il-Juventus.

Matul il-ġurnata żaru l-klabb il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil kif ukoll Paula Mifsud Bonnici, Clyde Puli, Toni Bezzina u Ralph Puli minn naħa tal-Partit Nazzjonalista. Minn naħa tal-Partit Laburista attendew il-Ministru Carmelo Abela, Silvio Schembri, Joseph Cuschieri, Luciano Busuttil u s-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ Sarah Agius.

Huma setgħu jammiraw kollezzjoni unika ta’ flokkijiet milbusa mill-captains ta’ Juventus sa mill-1967, grazzi għall-mużew Storia di Un Grande Amore ta’ Noel Borg, u wħud minnhom segwew ukoll il-partita’ ta’ ħbiberija bejn Juventus u Marseille.

Il-Kumitat ippreżenta lil dawn il-politiċi b’tifkira tal-okkażjoni, tessera tal-klabb u nħatru wkoll bħala membru onorarji bħala sinjal ta’ rikonoxximent u apprezzament tal-ħin tagħhom.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/messagg-ta-ghaqda-bejn-il-politici-juventini-maltin%e2%80%8f/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.