MESA – Tim ġdid fit-III Diviżjoni

Monday, November 28, 2011, 18:36

In-numru ta’ timijiet fil-Kampjonat tal-Football tal-MESA kompla jikber meta nhar il-Ġimgħa, il-Kumitat Eżekuttiv tal-MESA approva t-talba li saret mit-team ġdid tal-VAT Department sabiex jibdew jilgħabu fil-Kampjonat tat-III Diviżjoni b’effett immedjat. Fil-fatt, it-team tal-VAT Department kienu diġa’ wrew interess li jieħdu sehem fil-Kampjonat sa mill-istaġun li għadda, imma minħabba ċirkostanzi li ma kienx hemm kontroll fuqhom, huma ma rnexxielhomx jikkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom għall-istaġun li għadda u għall-bidu deher li anke dan l-istaġun kien se jkun hemm problema biex jipparteċipaw. Madankollu, issa li dawn il-problemi ġew issuperati, il-VAT Department ġeddew it-talba tagħhom biex jieħdu sehem u din ġiet approvata mill-Kumitat Eżekuttiv.

Minħabba li diġa’ ħarġu l-fixtures sal-15 ta’ Diċembru, it-team tal-VAT Department jibdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonat f’Jannar li ġej.

JINTLAQA’ PROTEST MAGĦMUL MILL-FORZI ARMATI

Waqt il-laqgħa li saret nhar il-Ġimgħa, il-Kumitat Eżekuttiv tal-MESA ddiskuta protest li ressaq it-team tal-AFM fil-konfront tat-team ta’ l-Education dwar il-logħba li ntlagħbet bejniethom it-Tlieta, 15 ta’ Novembru 2011 u li ntemmet fi draw ta’ 4-4. Fil-protest tagħhom AFM allegaw li Education għamlu użu minn tliet players li jilgħabu fil-Kampjonat Premier tal-MFA meta r-regolament jgħid li team ma jistax jagħmel użu minn aktar minn żewġ players tal-Premier f’kull logħba li jilgħab. Il-protest ġie milqugħ u għaldaqstant AFM ingħataw rebħa ta’ 2-0.

Fl-istess laqgħa l-Kumitat iddeċieda li l-logħba Malta Freeport vs Government Printing Press tingħata bħala rebħa lill-Malta Freeport bl-iskor ta’ 2-0 wara li Government Printing Press ma ppreżentawx ruħhom għal-logħob.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Dawn huma r-riżultati tal-logħob li ntlagħab il-ġimgħa l-oħra:

I Diviżjoni

Enemalta v Pulizija A                        1-2

II Diviżjoni

HSBC v MRRA (Riżorsi)                  1-1

SVPR v Universita’                           1-6

III Diviżjoni

KMS v LGA                                        14-1

Transport Malta v Civ. Protection      2-1

Il-logħob għal din il-ġimgħa huwa dan:

It-Tlieta, 29 ta’ Novembru

2.00 p.m. II Div.: HSBC v MRRA (Agrik)

3.00 p.m. II Div.: Maltapost v Customs

L-Erbgħa, 30 ta’ Novembru

2.00 p.m. II Div.: SVPR v Air Malta

3.00 p.m. II Div.: Pulizija B v Universita’

Il-Ħamis, 1 ta’ Diċembru

2.00 p.m. I Div.: Enemalta v Govt Printing Press

3.00 p.m. I Div.: Central Bank v Pulizija A

 





Leave a comment