MESA – Tibda tintlgħab il-kompetizzoni tan-Knock Out tal-futbol
Thursday, April 28, 2011, 17:30Din il-ġimgħa ngħata bidu għall-kompetizzjoni tan-Knock-Out tal-Football meta ntlagħbu l-ewwel tmien logħbiet mir-Round Preliminari, li fih ħadu sehem it-teamijiet kollha tat-II u t-III Diviżjoni flimkien ma’ żewġ teamijiet ta’ l-I Diviżjoni. Ħafna mil-logħbiet irriżultaw mill-aktar interessanti, imma l-aqwa logħba bla dubju kienet dik bejn Enemalta, champions tat-II Diviżjoni, u Maltapost, champions tat-III Diviżjoni. Kienet logħba nċerta mill-bidu sa l-aħħar tant li ntemmet fi draw ta’ 7-7 u kienu l-penalties li ddeċidew favur it-team ta’ l-Enemalta.
Ir-riżultati kollha tar-Round Preliminari tan-Knock-Out kienu dawn:
MEPA v Govt Property Dept 2-8
MRRA (Riżorsi) v Central Bank 4-6
Pulizija B v Customs 4-5
SVPR v MRRA (Agrik) 3-6
HSBC v Civil Protection 7-0
WSC v Universita’ 3-6
Air Malta v Govt Printing Press 8-6
Enemalta v Maltapost 7-7
(Enemalta rebħu 5-4 bil-penalties)
Il-ġimgħa d-dieħla jintlagħab il-logħob ta’ l-I Round, fejn kellu jsir xi tibdil fil-fixtures minn kif kienu avżati, b’dan il-programm:
It-Tnejn, 2 ta’ Mejju
3.00 p.m. Enemalta v AFM B
It-Tlieta, 3 ta’ Mejju
2.00 p.m. CCF v Malta Freeport
3.00 p.m. BOV v Education
L-Erbgħa, 4 ta’ Mejju
1.00 p.m. Customs v Govt Property Dept
2.00 p.m. HSBC v Pulizija A
3.00 p.m. Central Bank v Universita’
Il-Ħamis, 5 ta’ Mejju
2.00 p.m. AFM A v AFM C
3.00 p.m. MRRA (Agrik) v Air Malta
Infakkru li f’każ li xi logħba tintemm fi draw, jingħataw il-penalties mill-ewwel.
