MESA – Rebħiet għat-timijiet ta’ fuq
Friday, February 3, 2012, 11:52
Matul din il-ġimgħa ntlagħab aktar logħob mill-Kampjonat tal-Football tal-MESA fejn ma kien hemm ebda sorpriża partikolari fir-riżultati miksuba hekk kif it-timijiet ta’ fuq kollha kisbu riżultati pożittivi, għalkemm il-logħba mill-I Diviżjoni bejn CCF u Enemalta rriżultat f’waħda ferm missielta u ndeċiża sa l-aħħar.
Infatti, Enemalta ddominaw l-ewwel taqsima biex daħlu jistrieħu 2-0 minn fuq. Imma fit-tieni taqsima CCF ħarġu b’aktar grinta fil-logħob tagħhom u dawru l-iskor favur tagħhom biex marru saħansitra 5-3 minn fuq. Biss fl-aħħar ħinijiet, fi sforz qawwi, Enemalta rnexxielhom jiskorjaw tliet goals u jirbħu bl-iskor ristrett ta’ 6-5.
Anke l-leaders ta’ l-I Diviżjoni, BOV, kellhom jitħabtu mhux ftit biex warrbu l-isfida denja li offrew Malta Freeport biex rebħulhom 3-2. Wara bidu diżastruż, Malta Freeport wrew sinjali li jistgħu jirkupraw u jinqalgħu mill-aħħar postijiet tal-klassifika. Fil-logħba l-oħra mill-I Diviżjoni, iċ-champions Education issuperaw l-isfida tat-tim tal-Pulizija A biex rebħu 5-2.
Fl-unika logħba mit-II Diviżjoni, Maltapost saħħew posthom fil-quċċata b’rebħa oħra konvinċenti kontra HSBC 6-2. Fit-III Diviżjoni, Government Property telgħu waħedhom fil-quċċata wara draw ta’ 2-2 ma’ Transport Malta, waqt li VAT Dept kisbu t-tieni rebħa minn daqstant logħbiet meta għelbu lil Heritage Malta 3-1.
Ir-riżultati kollha ta’ din il-ġimgħa kienu dawn:
I Diviżjoni
Pulizija A v Education
CCF v Enemalta
Malta Freeport v BOV 2-3
II Diviżjoni
Maltapost v HSBC
III Diviżjoni
VAT Dept v Heritage
Govt Property v Transport Malta 2-2
Il-Kampjonat issa jkompli l-ġimgħa d-dieħla b’dan il-programm:
It-Tlieta, 31 ta’ Jannar
2.00 p.m. II Div.: Pulizija B v SVPR
3.00 p.m. III Div.: LGA v Civil Protection
L-Erbgħa, 1 ta’ Frar
2.00 p.m. II Div.: MRRA (Riżorsi) v Air Malta
3.00 p.m. II Div.: Universita’ v MRRA (Agrik)
Il-Ħamis, 2 ta’ Frar
2.00 p.m. I Div.: AFM v Enemalta
3.00 p.m. I Div.: Malta Freeport v Central Bank













