MESA – Mario Cutajar jirbaħ it-tournament individwali tas-Snooker

Friday, April 15, 2011, 16:19

Mario Cutajar (AFM) rebaħ it-Tournament Individwali tas-Snooker li ntlagħab matul din il-ġimgħa fl-Anglo-Maltese League Club, il-Belt Valletta, wara li fil-final huwa għeleb lil Mario Brincat (AFM) 3-2. Inċidentalment dawn iż-żewġ players kienu kkontestaw il-final ta’ sena ilu fejn dakinhar kien Brincat li ħareġ rebbieħ bl-istess skor ta’ 3-2. Tajjeb wieħed jgħid illi fir-raba’ frame tal-final Mario Brincat irnexxielu jagħmel break ta’ 86 punt.

Tmien players ħadu sehem fit-Tournament. Dawn ġew imqassma f’żewġ gruppi bl-ewwel tnejn minn kull grupp jgħaddu għas-semi-finali. Ir-riżultati kollha kienu dawn:

Grupp A

Clint Azzopardi v Simon Brincat                              2-1

Joe Chetcuti v Joe Vella                                          2-0

Clint Azzopardi v Joe Chetcuti                                2-1

Simon Brincat v Joe Vella                                        2-0

Clint Azzopardi v Joe Vella                                      2-0

Simon Brincat v Joe Chetcuti                                  2-0

Grupp B

Mario Brincat v Mario Cutajar                                  2-1

Noel Camilleri v Peter Vella                                     2-0

Mario Cutajar v Noel Camilleri                                2-0

Mario Brincat v Peter Vella                                      2-0

Mario Brincat v Noel Camilleri                                 2-1

Mario Cutajar v Peter Vella                                      2-0

Semi-Finali

Mario Brincat v Simon Brincat                                 2-0

Clint Azzopardi v Mario Cutajar                               0-2

Final

Mario Cutajar v Mario Brincat                                  3-2

IT-TOURNAMENT TAT-TEAMIJIET TAS-SNOOKER SE JINTLAGĦAB NHAR IL-ERBGĦA, 20 TA’ APRIL

Wara li ntlagħab it-Tournament Individwali tas-Snooker, nhar il-Erbgħa, 20 ta’ April se jintlagħab it-Tournament tat-Teamijiet. Dan se jintlagħab fl-Anglo-Maltese League Club, il-Belt Valletta mis-1.00 p.m. ‘il quddiem. Kull team irid ikun iffurmat minn tliet players. Inħeġġu lit-teamijiet biex ikunu fuq il-post fil-ħin sabiex fis-1.00 p.m. inkunu nistgħu nibdew, għax kif tafu s-Snooker jista’ jieħu ħafna aktar ħin milli wieħed ikun qed jantiċipa, u għalhekk tajjeb li l-logħob jibda fil-ħin.





Leave a comment